IR-RABAT From: 27 January 2012 08:00 to: 27 January 2012 11:00
FAA tour of the Augustinian Priory (St Wistin) at Mdina
Registrazzjoni tal-Gimgha l-Kbira
L-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp tar-Rabat tavza illi minn nhar il-Hadd 22 ta’ Jannar, 2012 bejn l-10 a.m. u il-11.30 a.m. se tibda tilqa ir-registrazzjoni ta’ dawk il-persuni li jixtiequ jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira tar-Rabat ta’ din is-sena. Kull minn huwa interessat jista jmur jaghmel ir-registrazzjoni tieghu fil-Kuvent tal-Patrijiet Frangiskani tal-Knisja ta’ Giezu tar-Rabat fil-hinijiet imsemmija.
Grazzi hafna
Kompetizzjoni għal-Logo
Adrian Zahra
Kompetizzjoni għal-Logo fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ San Ġużepp
Fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ San Ġużepp, li ser jiġi ċċelebrat fl-2013, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, qed tniedi kompetizzjoni għal-logo illi ser jintuża waqt dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. L-għan huwa li dan il-logo jiġi stampat f…uq letterheads u oġġetti oħra simili sabiex jimmarka dan l-anniversarju tant għażiż u allura l-istess disinn m’għandux ikun elaborat iżżejjed sabiex id-dettalji tiegħu joħorġu ċari fil-printing.
Għaldaqstant, l-Arċikonfraternità, qed tistieden lil kull min huwa nteressat sabiex iħejji disinn għal dan il-logo. Naturalment id-disinn irid ikun wieħed fi stil kontemporanju u jrid jinkludi l-kliem “Kuruna fuq rasek qegħdnilek 1963-2013” li hija t-tema ta’ dan l-anniversarju.
Nistiednu lil min hu nteressat sabiex jibgħat id-disinn tiegħu, fuq karta jew inkella f-format elettroniku permezz ta’ CD lis-segretarju tal-istess Arċikonfraternità fl-indirizz hawn taħt indikat, u dan sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Frar, 2011. Il-logo ser jiġi magħżul minn Bord ta’ artisti professjonali u ndipendenti. Ir-rebbieħ, li ser jitħabbar nhar l-10 ta’ Marzu waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħruġ minn niċċa ta’ San Ġużepp, ser jingħata rigal ta’ €200 kif ukoll tifkira tal-okkażjoni.
Mr. Stephen Pace
Segretarju
Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp
P.O. Box No. 9
Rabat – Malta
