Ħajja Eterna

Hija xi ħaġa normali li meta jmut xi ħadd jiġi f’moħħna l-post tad-dfin.  L-ewwel ħsibijiet imur fuq iċ-ċimterji, però tul iż-żmenijiet il-postijiet tad-dfin ħadu diversi forom.  F’din il-paġna ser niġbru ftit ta’ informazzjoni fuq postijiet fir-Rabat magħrufa li fihom kienu jindifnu nies biex jistrieħu fil-paċi eterna.

Roman Villa
  1. Ċimiterju ta’ Santa Margerita
  2. Il-midfen li kien instab wara d-Domus Rumana li jista jkun l-unika midfen Għarbi li qatt instab f’Malta.
San Pawl
  1. Kannierja taħt il-Parroċċa
  2. Katakombi ta’ San Pawl
  3. Iz-zuntier - ċimiterju li diġa’ nsibuh li jeżisti f’dokument ta’ l-1370.
  4. L-oqbra tal-Kolleġġjali fis-Santwarju Internazzjonali tal-Grotta ta’ San Pawl
 Sant’ Agatha
  1. Katakombi ta’ Sant’ Agatha
  2. Il-kripta tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl (fil-knisja ta’ Sant’ Agatha)
  1. Fiz-zuntier tal-knisja Ta’ Casha (jew Ta’ Qasgħa)
San Duminku
  1. Iċ-Ċimiterju biswit il-knisja Dumnikana Sidtna Marija ta’ l-Ghar
  2. Il-Kannierja tal-Patrijiet Dumnikani taħt il-kor tal-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar u l-kannierja tar-Rużarjanti fil-Kappella tal-Madonna tar-Rużarju fl-istess knisja
Taħt l-Imdina
  1. Tal-Infetti
  2. Ċimiterju tal-Commonwealth (Tal-Ingliżi)
Ta’ Santu Wistin
  1. Dan iċ-Ċimeterju llum m’għadux jeżisti.
  2. Il-kannierja tal-patrijiet ta’ Santu Wistin (Taħt il-presbiterju fil-knisja ta’ Santu Wistin)
  3. Il-Katakombi ta’ Santu Wistin (Tħabbar progett ta’ restawr fil-bagit 2012)
Taħt is-Santwarju ta San Ġużepp
  1. Il-kannierja tal-patrijiet (taħt il-kor tal-knisja Ta’ Ġieżu
  2. Zewġ kannierji privati taħt żewġ kappelli fil-knisja Ta’ Ġieżu.
  3. ll-Kannierja tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp [Iddiskuti]
Katakombi oħra
  1. Katakombi fil-Mużew Wignacourt
  2. Katakombi taħt il-Knisja ta’ San Katald
  3. Katakombi tad-Dejr
Oqbra Puniċi

Ringrazzjament Specjali bla ebda ordni: Karistu Abela, Christopher Farrugia, Joe Barbara, Aris Cefai, Mary Jo Cassar, ohrajn.

Translate this page.




Top↑