Saħħa u Kura

Iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Malta, jinstab ġewwa ċ-ċentru ċiviku fil-Pjazza parrokkjali. Dan iċ-ċentru tas-saħħa iservi lir-Rabtin kif ukoll lin-nies ta’ Dingli, Mtarfa, Bidnija u Mdina. [Zur]

Fil-passat dan iċ-ċentru kien ukoll poliklinika, u allura kien attrezzat iktar mill-lum. Ċentri ta’ kura fir-Rabat Malta ilhom jissemmaw għal diversi snin. Fil-fatt insibu:

L-isptar Nicola Saura illum jintuża bħala dar għall-kura tal-anzjani. Filfatt dawn id-djar qed isiru aktar popolari u diversi lukandi li kienu jeżistu ġewwa r-Rabat qiegħdin jiġu kkonvertiti għal djar tal-kura tal-anzjani.

Ma ninsewx ukoll li għal xi żmien l-iMtarfa kienet parti mir-Rabat, Malta. Ġewwa l-Imtarfa kien jeżisti l-isptar militari tal-ingliżi, kif ukoll illum insibu dar tal-anzjani u dawk ta’ kura għal nies bi bżonnijiet specjali.

Translate this page.




Top↑