Knejjes u Quddies

Fir-Rabat wieħed isib għadd ġmielu ta’ kappelli kemm fin-naħa ta’ ġewwa tas-subborg kif ukoll fil-kampanja sabiħa li ddawwar ir-Rabat. Ta’ min iżomm f’moħħu li fi żmien ir-Rumani l-Belt tal-Imdina kienet ħafna ikbar milli nafuha llum. Dak iż-żmien Melite, kif kienet magħrufa, kienet testendi żgur sa’ fejn illum hemm il-Knisja ta’ San Pawl. Fil-fatt ħafna Rabtin għadhom jiftakru l-foss li kien idawwar il-knisja u li llum m’għadux jidher minħabba li nbniet it-triq ta’ quddiem il-knisja. L-użanza f’dak iż-żmien kienet li d-dfin kien isir barra l-belt u għalhekk fl-inħawi tal-Knisja ta’ San Pawl illum insibu ammont kbir ta’ katakombi fosthom dawk magħrufa ta’ San Pawl, ta’ Sant’Agata, ta’ San Katald u xi kilometru ’l bogħod insibu l-katakombi tad-Dejr.

+ Isir il-quddies

Festi ccelebrati gewwa r-Rabat

Din il-paġna ġiet ispirata mis-sit dwar il-kappelli maltin, fejn l-awtur tagħna permess nieħdu xi informazzjoni. Zuru dan is-sit www.kappellimaltin.com kif ukoll mis-sit tal-Arcidjocesi ta’ Malta.

Leave a Reply