Terms and Conditions

  1. Dan is-sit jiddiskuti materja relatata mar-Rabat, Malta.  Kull diskussjoni għandha tittieħed f’dan il-kuntest.
  2. Kull diskussjoni fuq dan is-sit, kif ukoll partijiet oħra relatati huma suġġetti għal proċess ta’ superviżjoni.
  3. Kummenti u kontenut mhux relatat mar-Rabat, Malta jġi mħassra mingħajr avviż.
  4. Kummenti u kontenut ieħor jistaw jiġu mħassra minghajr avviż minn qabel. Dawn jinkludu u mhux limitati għal kontenut relatat ma’:
    • Vjolenza
    • Politika partiġġjana
    • Razzismu
    • Ksur ta’ drittijiet tal-awtur
    • Reklamar kummerċjali mhux imħallas
    • Reklamar iehor mhux awtorizzat
    • Ksur tal-liġi tar-Repubblika ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea
    • Affarijiet oħra
  5. Informazzjoni repetuta u dupplikata tista tiġi mħassra minghajr avviż minn qabel.
  6. Min jippubblika kontenut li diġa ġie mħassar, repetut u idduplikat huwa suġġett għal qtugħ ta’ aċċess (Blocked).
  7. Il-kontenut kollu huwa suġġett għal dawn il-patti, kif ukoll għal termini ta’ servizzi oħra fosthom Google© u Facebook©.
  8. Meta persuna tikkummenta jew tipprovdi kontenet, l-istess persuna tkun qed tintrabat ma dawn il-patti u kundizzjonijiet.
  9. Kull persuna tinżamm responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa. Għaldaqstant utenti naturali biss jitħallew jissieħbu f’dan is-sit.
  10. Fejn għaqdiet jeħtieġu jiġu rapprezentati b’isem ġeneriku u komuni, dawn għandhom jidentifikaw ruħom mal-operatur billi jibgħatu l-isem tal-għaqda, referenza tal-grupp jew sit tagħha jekk jeżisiti, l-isem ta’ min imexxiha u l-isem ta’ min juża r-rapreżentanti tagħha tal-għaqda fuq dan is-sit lill-operaturi ta’ dan is-sit fi żmien 30 ġurnata minn meta l-għaqdha tissieħeb.  Sussegwentement, kull kumment u kontenut minn din l-għaqda għandu jiġi miżjud l-isem tal-utent uman.
  11. Kull kontenut jista jerga jiġi użat mill-operaturi ta’ dan is-sit mingħajr ħlas u avviż, suġġett li s-sors tal-kuntenut jinżamm u jixxandar.
  12. L-operatur iżomm d-dritt li jaqta aċċess għal ċertu partijiet mis-sit.
  13. L-operatur ma jintrabat bla ebda garanzija li jħalli s-servizzi għaddejjin 24 siegħa kuljum u jżomm id-dritt li xi servizzi jistaw jiġu trasferiti jew imwaqqfa.
  14. Arranġamenti oħra għandhom jiġu diskussi mal-operatur.
  15. Reklamar minn ghaqdiet mhux kummercjali jista jsir biss sakemm l-istess ghaqda tkun registrata kif imsemmi f’dawn il-patti.  Jigi apprezzat li b’att reciproku l-brand rabatmalta.com tigi allura meqjusa bhala sponsor ufficcjali.

Verżjoni – 2.3              Data – 17/11/2012

Translate this page

Comments are closed