Francesco Azopardi (Azzopardi) (05/05/1748 – 06/02/1809)
Francesco Azopardi twieled l-imdina (Notabile) u għex ir-Rabat. Matul id-disgħa snin tiegħu ġewwa Napli, huwa studja il-Mużika fil-Konservatorju ta’ San Onofrio. Il-ħidma mużikali tiegħu kompliet gewwa l-Katidral tal-Imdina u anke ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt.
Huwa kien meqjus celebrita fid-daqq tal-pjanu, orgni u biex jikkonduci orkestri. Azopardi kien magħruf għal diversi xogħlijiet li ttellaw kemm Malta, fit-teatru Manoel u anke barra minn Malta. Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu, insibu Opra, mużika strumentali u mużika sagra.
Joseph Sultana isostni li ftit jafu li Francesco Azopardi kien prokuratur tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat bejn 1770 u l-1771 fejn anke kien jieħu ħsieb il-mużika tal-purċissjoni għal ħafna żmien. Francesco kiteb ukoll Oratorju “La Passione di Cristo” dan it-trattat ġie mfaħħar mill-kompożitur ċelebri Luigi Cherubini.
Ikkontribwixxi informazzjoni ghall-Bijografiji hawn.
Segwi d-diskussjoni fuq Facebook
Sources:
http://en.wikipedia.org/wiki/Francesco_Azopardi
http://music-of-a.blogspot.com/2013/01/azopardi.html
http://saturdaychorale.com/2012/02/20/francesco-azopardi-nisi-dominus-knabenchor-der-chorakademie-dortmund/
Hajr: Joseph Sultana, Christopher Farrugia