Innu lil Madonna tal-Ghar

Bħalma tfajjel bil-fehma li jaqla’
Jitlob xewqtu lil ommu fid-dar,
Aħna,wliedekm, li nemmnu f’imħabbtek,
Niġu għandek, Madonna tal-Għar.

Għaliex nafu,O Marija,li jinbet
Ward il-ħajr kull fejn jirfsu riġlejk
U ħajt tfisser id-daħka ta’ fommok.
Ħlewwa tfisser il-ħarsa ta’ għajnejk.

Meta xebba fil-Għar minn ta’ Betlem
Int sirt Omm bla ma tlift l-ewwel ġieħ,
U sar ibnek dak Alla li ħalqek,
U rawk l-anġli demm sidrek tagħtih.

F’nofs ta’ lejl kollu dija ta’ kwiekeb
Stama’ leħen ta’ ħajr is-smewwiet;
U fuq l-għera li nisslet il-ħtija
Ta’ risq Alla ġew l-ogħna ħlewwiet.

U qatt iżjed Omm ħelwa Marija,
Ta’ ħninietek ma nixfet il-għajn;
Kull min emmen u talab u ttama
Sab ta’ mħabbtek miftuħa d-dirgħajn.

Tixhdu Lourdes,jixhdu l-għar fejn tas-saħħa
Fawwar l-ilma mill-iebes ta’ l-art,
Fejn ta’ qalbek ftaħt beraħ is-satra,
Fejn it-Tempju tal-għaġeb sawwart.

Għalhekk aħna li nafu kemm Alla
Ried iżejnek bil-qawwa,bil-ġieh,
Biex minn idek fu ġensna jitqassam
Tal-ġid Tiegħu kull għoti sabiħ.

Qalb in-niket ta’ ħajja bla faraġ
F’din is-siegħa ta’ biki, ta’ mrar
B’emmna sħiħa li titlob u titma
Niġu għandek, Madonna tal-Għar

Versi: DUN KARM PSAILA
Mużika: J. CASAPINTA

Isma l-Innu Hawn

Leave a Reply