Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura tigi cclebrata kull l-ewwel Hadd ta’ Settembru, fil-Knisja ta’ San Mark (Santu Wistin) tal-Agostinjani fir-Rabat-Malta. Il-festa tkun organizzatta mill-Arcikonfraternita’ tac-Cintura u l-Kommunita’ Agostinjana. Lejliet il-festa tac-Cintura l-Banda L’ Isle Adam taghmel marc madwar it-toroq ewlenin tar-Rabat, fit-tmiem tal-marc jigi mahruq in-nar tal-art, mahdum fil-…Fabbrika tan-Nar ‘Our Lady of Consolation’ tal-Gudja, mid-dilettanti tal-istess kamra. Nhar il-festa ssir il-purcissjoni akkumpanjata mill-Banda u l-murtali. It-toqor ikunu mzejna kollha mid-dillettanti tal-armar Rabtin Cinturati.
Storja
Festa tal-Madonna tac-Cintura
L-Agostinjani minn dejjem kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna tac-Cintura. Din id-devozzjoni gejjaminn zmien l-istess SantU Wistin, ghax ommu Santa Monika tfarrget bil- konverzjoni tiegh. Ghalhekk Santu Wistin stess xettel din id- devozzjoni f’ uliedu spiritwali. L- agostinjani fil- gzejjer taghna ma naqsux li jgibu maghhom din id- devozzjoni fil- knejjes taghhom. Mill-ewwel iddedikaw altari f’ gieh il-Madonna taht it-titlu hekk sabih tal- Farag. Qabbdu pitturi mill-aqwa ta’ dawk iz-zminijiet u ghamlu altari ta’ rhamijiet l- aktar fini.
IL-FRATELLANZA U L-FESTA TAL-MADONNA TAC-CINTURA
Biex inhegu aktar devoti lejn il-Madonna taht it-titlu ta’ Omm il-Farag nhar l-24 ta’ Gunju 1723 il-patrijiet agostinjani talbu lill-general ta’ l-ordni li jwaqqaf kanonikament fratellanza. Il-general, ir-reverendissimu P.Tumas Cervioni, ta’ dan il- permess mitlub. Fis- 16 ta’ Marzu 1776 din l-istess fratellanza tgholliet ghal grad ta’ Arcikonfraternita’. Il-festa tal-Madonna tac-Cintura kienet issir il-Hadd ta’ fuq il-festa ta’ Santu Wistin. Kienu jiccelebrawha b’ solennita’ kbira bi prietki, armar u hwejjeg ohrajn. Ghal din il-festa kienu jigu hafna nies mhux biss mill-Imdina, imma wkoll mill-irhula kollha. Kienu jigu biex jinkitbu fic-cintura mqaddsa u biex jaqilghu l-indulgenza plenarja.
Fil-festa tal-Madonna tac- Cintura, il-patrijiet agostinjani kellhom is-setgha li jaghtu il-barka papali wara l-priedka. Kif tispicca l-priedka jekk il-predikatur ikun agostinjan kien jaghtiha huwa stess. Kien jilbes l-istolla u kien jitkanta l-confiteor bhala att penitenzjal. Wara, ic-celebrant kien jaghti l-barka papali mhux bis-salib kif kienu jaghtuha fl-ahhar ta’ l-ezercizzi tar- Randan. Jekk il-predikatur ma kienx ikun patri agostinjan, kien jitla’ fuq il-pulptu , patri agostinjan liebes il-kappa u l-istola, u kien jaghtiha minn hemm fuq. Dawn il-barkiet papali baqghu jinghataw fil-knejjes agostinjani sal-Koncilju Vatikan II.
L-ISTATWA TAL- MADONNA TAC-CINTURA
L-istatwa tal-Madonna tac-Cintura li ghandna llum mhix l-ewwel wahda li kellhom l-agostinjani tar-Rabat. Din l-istatwa li ghandna llum inhadmet mill-istatwarju Guzeppi Cilia kien tghallem din l-arti minn ma’ Carluzzo Darmanin. Ghal bidu ma kinitx kif inhi llum. Fis-sena 1953 fi zmien il-prijuratta’ P. Giljan Mifsud OSA sar ir-restawr taghha mill-istatwarju Gilormu Dingl. Wara giet indurata u sgraffita mill-maghruf induratur Guzeppi Farrugia ta’ l-Imdina. Meta kienet lesta, ittiehdet f’ korteo mill-knisja tal-Karmnu ta’ l- Imdina ghall-knisja ta’ San Mark.
Qabel din kien hawn statwa ohra sabiha, skopilta fl-injam u sgarffita. Din kienet tnehhiet mhux ghax ma kinitx sabiha imma billi kien hareg digriet min Ruma li l-istatwi tal- Madonna kellhom ikunu wkoll bil-bambin f’ dirghajha, barra minn dik tal-Kuncizzjoni iu tat-Twelid tal-Madonna, il-Bambina
FORZI ARMATI INGLIZI
Fil-15 ta’ Settembru 1800 il-gzejjer Maltin kienu amministarti minn Sir Alexander Ball bhala ministru plenipotenzhjali f’ isem ir- renju Infliz. L-Inglizi minn dejjem kienu nies diplomatici u politici. Bdew joqoghdu attenti ghall-hbieb taghhom. Sakemm ma jigix imwettaq it-trattat ta’ amiens, ma kellhomx ihallu Malta wehidha. Dahhlu numru kbir ta’ Maltin fir-regimenti li holquhom problema. Fost il-postijiet strategici li kien hawn Malta, kienet is-Saqqajja. Is-segretarjat tal-gvern Ingliz tefa’ ghajnejh fuq il-kunvent ta’ l- agostinjani, San Mark. Huwa kiteb lis-superjur ta’ dak iz-zmien, Patri Pietru Pawl Laferla biex tilqa’ fil-kunvent 300 suldat kif ukoll il-fizzjali taghhom. Dawn hadu s-sular ta’ isfel u xi kmamar minn fuq. Ma kien inqala inkwiet mis-suldati, anzi giebu ruhhom tajjeb hafna.
SEHEM FIL- FESTA TAL- MADONNA
Fil- festa ta’ Santu Wistin u fil- festa tal- Madonna tac- CIntura tas- sena 1801 ir- regiment Ingliz kien ghadu jghix fil- kunvent ta’ San MArk. Il- fizzjali Inglizi biex jaghmlu kumpliment u apprezzament lill- Komunita’ Agostinjan ta’ Sna Mark, riedu jaghmlu xi haga aktar mis- soltu. Hadu sehem fil- festa tal- Madonna tac- Cintura. Fil- jiem tal- festa sparaw diversi tiri ta’ kanuni minn fuq is- swar ta’ l- Imdina bi spejjes ta’ l- istess regiment . Il-gest tar-regiment Ingliz kien apprezzat minn kulhadd specjalment