Ajrulplan 1946

Traġedja li l-anqas fl-eħrex tal-gwerra m’assistejna għaliha – 5 t’April 1946
 

Kulħadd jaf kemm kienu kbar it-tbatijiet u l-ħerba li ħalliet warajha l-gwerra. B’hekk meta tisma’ minn fomm persuna li għexet il-mumenti koroh ta’ meta ġġarraf ajruplan fir-Rabat aktar minn 60 sena ilu fejn jiddeskrivi x-xeni terribbli bħala eħrex minn dawk tal-gwerra, żgur li jħallik bla kliem. Kienet waħda mill-agħar traġedji li qatt laqtu lil pajjiżna fejn barra l-ħerba li ħalliet, madwar 20 persuna ndarbu, 19 oħra kienu sfaw korruti u madwar 72 familja sfaw bla saqaf fuq rashom.

L-unika persuna li għadha ħajja Probabbilment Paul Cilia huwa l-unika persuna li għadha ħajja u li sa ftit snin qabel iġġarraf l-ajruplan kien għadu jgħix flimkien mal-familja tiegħu fl-imsemmija triq. Għalkemm il-lum Paul jgħodd 78 sena madankollu għad għandu memorji mill-aqwa ta’ dak kollu li kellu jassisti u jara b’għajnejh.

Itqajt miegħu ftit tal-ġranet ilu fid-dar tiegħu fir-Rabat. Mill-ewwel beda jkellimni dwar l-imħabba li għandu lejn raħal twelidu waqt li beda jurini diversi ritratti meħudin mill-gazzetti ta’ dak iż-żmien fejn juru biċ-ċar il-ħerba kbira li kienet ħalliet din it-traġedja. Triq San Publiju Paul irrakonta li kemm hu u ħutu lkoll twieldu u għexu fi Triq San Publiju, it-triq fejn iġ-ġarraf l-ajruplan tat-tip Vickers Avro Wellington. Kienet il-mewt bikrija t’ommu li evita-tilhom milli jduqu wkoll il-kruha ta’ din it-traġedja.

“Kien wara l-mewt t’ommi li mietet ta’ 31 sena li missieri kien iddeċieda li mmorru nin-ġabru man-nanna. Din kienet toqgħod fit-Triq Gużmana Na-varra, ftit toroq ’il bogħod minn fejn seħħet din it-traġedja.” Għal Paul il-ġurnata tal-5 t’April tas-sena 1946 hija ġur-nata li mhux faċli jinsiha. Pe-ress li kien ftit żmien wara li spiċċat il-gwerra u Malta kie-net għadha bażi militari u na-vali, il-preżenza ta’ numru t’ajruplani jduru fuq gżiritna kienet xi ħaġa kompletament normali.

“Dak iż-żmien ajruplani tas-servizzi kien hawn kemm trid. Infatti kien hawn tliet ajruporti. Kien hawn dak ta’ Ħal Luqa, dak ta’ Ta Qali u ieħor f’Ħal Far.” Infatti l-ajruplan bomber Vickers Avro Wellington kien telaq mill-mitjar ta’ Ħal Far. L-ajruplan kellu jieħu sehem f’titjira ta’ taħriġ ma’ ajruplan tat-tip Spitfire u li kien fih erba’ persuni abbord. “Niftakar li kien għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu. Dik il-ħabta kelli madwar 14-il sena. Kont l-Imdina qed nieħu l-privat għand is-Sur Schembri peress li kont wasalt biex nagħmel l-eżami biex nidħol naħdem id-Dockyard. Waqt il-lezzjoni kienet ġiet mara tkellem lill-għalliem f’widnejh. Kien waqqaf il-lezzjoni u qa-lilna li aħjar immorru lejn id-dar. Niftakar li x’ħin kważi wasalt fejn id-dar waqqfitni waħda mill-ġirien u qaltli li kien għadu kemm waqa’ aj-ruplan. Infatti x’ħin wasalt fejn l-Isptar Santu Spirtu rajt l-ewwel midruba. Inzertajt kont nafha. Sfortunatament kienet mietet jumejn wara.”

Paniku u xeni tal-biża’ Paul jiddeskrivi l-paniku u x-xeni tal-biża’ li kien hemm. “Peress li l-ajruplan iġġarraf ftit passi ’l bogħod mill-iskola fejn dak il-ħin kien hemm madwar 1,200 student, kien qam paniku kbir fost il-ġe-nituri ta’ dawk it-tfal li kienu l-iskola. Barra minnhekk in-nirien kbar li ħakmu l-inħawi ta’ fejn waqa’ l-ajruplan kienu xi ħaġa tal-biża’. In-nirien ikkawżati mill-aviation fuel kienu enormi tant li l-ġebel tal-bini dam jikwi sa filgħaxija.” Wara ftit tal-ħin bdiet tasal l-ewwel għajnuna. Jiftakar li kienu mijiet in-nies li ħadu sehem biex jagħtu l-għajnuna. Fost dawn kien hemm nies tas-servizzi Ingliżi mill-militar ta’ Ta’ Qali, pompieri mit-Tarnza Navali, skwadra mid-Dipartiment tal-Gvern imsejħa Tad-Demolition kif ukoll saċerdoti mill-parroċċa ta’ San Pawl, li kienu fost l-ewwel li waslu fuq il-post.

Jiftakar bl-eżatt fejn bdew jieħdu lil dawk feruti. “Ħafna mill-feruti bdew jin-żammu fl-isptar Santo Spirto ftit passi bogħod mid-dar tagħ-na. Madankollu l-vittmi ttieħ-du fl-isptar Vincenzo Bugeja f’Santa Venera, li r-rapporti minn dan l-isptar kienu jgħidu li l-anqas fl-aqwa u fl-eħrex tal-gwerra m’assistew għal xeni terribli ta’ tant iġsma mbiċċra.”

Bi preċiżjoni Paul jiftakar li l-funeral tal-maġġoranza tal-vittmi sar nhar is-7 ta’ April li kien inzerta ħabat Ħadd il-Palm. “Jien flimkien ma’ sħabi tampari nsistejna li nerfgħu t-tebut ta’ Karmenu Vella. Kien daqsi fl-età u ħabib sinċier, żagħżugħ tassew kwiet u li kien instab maħruq fil-kantina flimkien m’ommu u ħuh.” Mill-banda l-oħra l-funeral tal-erba’ membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan Wellington sar l-għada fiċ-Ċimiterju Navali f’Bighi, fil-Kalkara, akkumpanjat minn stakkament ta’ baħrin mill-mitjar ta’ Ta’ Qali.

Hekk kif temmejt l-intervis-ta erħejtilha lejn dik it-triq. Illum triq bħall-oħrajn li għadek issib fil-qalba ta’ kull raħal. Biss jekk tħares sewwa fit-tarf tat-triq tilmaħ lapida. Lapida mimlija ismijiet ta’ nies li ħallew ħajjithom ħesrem kaġun ta’ waħda mill-agħar traġedji mill-gwerra ’l hawn li qatt seħħew f’pajjiżna.

Leave a Reply