{"id":5415,"date":"2012-07-20T09:58:43","date_gmt":"2012-07-20T07:58:43","guid":{"rendered":"http:\/\/www.rabatmalta.com\/?page_id=5415"},"modified":"2012-07-20T13:32:17","modified_gmt":"2012-07-20T11:32:17","slug":"il-museum","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/?page_id=5415","title":{"rendered":"IL-MUSEUM"},"content":{"rendered":"<div class=\"68f2f2692339afcffd2ff531bc2d238b\" data-index=\"5\" style=\"float: none; margin:3px 0 3px 0; text-align:center;\">\n<script async src=\"\/\/pagead2.googlesyndication.com\/pagead\/js\/adsbygoogle.js\"><\/script>\r\n<!-- rabatmaltaportal2017 -->\r\n<ins class=\"adsbygoogle\"\r\n     style=\"display:block\"\r\n     data-ad-client=\"ca-pub-9187874889710724\"\r\n     data-ad-slot=\"4888736822\"\r\n     data-ad-format=\"auto\"><\/ins>\r\n<script>\r\n(adsbygoogle = window.adsbygoogle || []).push({});\r\n<\/script>\n<\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Josephine Fenech<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta konna nag\u0127lqu \u0127ames snin u nibdew mmorrru l-iskola, nibdew ukoll mmorru l-MUSEUM biex nippreparaw ru\u0127na g\u0127all-Pre\u010bett u l-Gri\u017cma tal-Isqof, e\u017catt kif g\u0127adu jsir llum. Jiena g\u0127amilt il-pre\u010bett fl-1952 u g\u0127alhekk bdejt mmur il-MUSEUM minn sena qabel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-MUSEUM kien u g\u0127adu jitmexxa mill-g\u0127aqda tas-so\u010bi tal-MUSEUM li kien waqqaf Dun Gorg Preca fl-1907, illum qaddis. Fir-Rabat il-MUSEUM twaqqaf fl-1932, l-ewwel b\u2019ferg\u0127a tas-subien u aktar tard g\u0127al bniet. Ix-xebbiet tal-mu\u017cew li kienu jghallmu l-bniet kienu jilbsu libsa sewda twila bi\u010b-\u010binta m\u2019g\u0127onqhom, \u017carbun iswed kif ukoll kalzetti suwed \u0127oxnin. Fuq i\u010b-\u010binta tal-libsa kienu jilbsu il-be\u0121\u0121 tal-MUSEUM li fuqha kellha miktub \u201cVerbum Dei Caro Factum Est\u201d. Xag\u0127arhom kienu j\u0127allu\u0127 twil mmaljat u mibrum f\u2019qag\u0127qa. Biex din l-uniformi tkun kompluta kienu jilbsu fuq rashom g\u0127onella sewda. Minn informazzjoni li ksibt id-drapp tal-g\u0127onella kien jissejja\u0127 \u2018Ottoman\u2019. Drapp li l-kwalit\u00e0 tieg\u0127u llum m\u2019g\u0127adux je\u017cisti. L-g\u0127onella kienet tintlibes fuq ir-ras u tibqa nie\u017cla sa fuq il-kuxtejn. Biex l-g\u0127onella \u017c\u017comm soda fuq ir-ras kienu jin\u0127ietu \u017cew\u0121 kartuniet \u0127oxnin fuq xulxin u bejniethom titqieg\u0127ed baliena biex il-kartun jkun jista jintlewa xi ftit mal-forma tal-quddiem tar-ras Dan il-kartun kien jinkesa bid-drapp tal-g\u0127onella u fit-tarf jin\u0127iet xi ftit \u0121mieg\u0127. B\u2019hekk x\u2019\u0127in wie\u0127ed jilbes l-g\u0127onella ikun qisu liebes qlug\u0127 ta\u2019 xi dg\u0127ajsa u meta tkun xi \u0121urnata ri\u0127 er\u0127ilu ir-ri\u0127 jonfo\u0127 fl-g\u0127onella u wie\u0127ed kien ikkollu jdawwar l-g\u0127onella sew mieg\u0127u biex ikun jista jimxi. Wie\u0127ed jista\u2019 jimma\u0121\u0121ina li din id-dehra ta\u2019 dawn ix-xebbiet tal-MUSEUM g\u0127alina it-tfal \u017cg\u0127ar xejn ma kienet dehra pja\u010bevoli, g\u0127alkemm l-g\u0127onella kienet titne\u0127\u0127a x\u2019\u0127in dawn ikunu \u0121ewwa u b\u2019hekk kienu jidhru a\u0127jar. \u0126afna minn dawn ix-xebbiet tal-MUSEUM kienu jkunu g\u0127adhom \u017cg\u0127ar i\u017cda b\u2019dan l-ilbies kienu jidhru ferm akbar milli fil-verit\u00e0 kienu. Irrid ng\u0127id ukoll li \u0127afna minnhom kienu xebbiet sbie\u0127. Il-progress ma j\u017commu \u0127add u llum l-g\u0127onella inqatghet u x-xebbiet tal-MUSEUM issa jistghu jilbsu lbies ta\u2019 kulur differenti. Ix-xag\u0127ar ukoll jista\u2019 jinqata pulit mar-ras. Il-\u0121uvintur tal-MUSEUM ma kellhomx dehra li\u00a0ddejjqek. Kienu kuljum jilbsu il-\u0121lekk sew jekk fix-xitwa kif ukoll fis-sajf, il-qmis kienet tintlibes ming\u0127ajr ingravata u kienu jqaxxru xagharhom ma rashom (crew-cut). Fuq il-pavru tal-\u0121lekk kienu .jilbsu il-be\u0121\u0121 tal-MUSEUM. Tal-MUSEUM kelllhom ukoll diversi regolamenti fosthom li biex ikunu fl-g\u0127aqda jridu jkunu xebbiet u \u0121uvintur. Regolament ie\u0127or kien li ma setg\u0127ux jattendu festi. Tal-MUSEUM setg\u0127u jattendu festa billi jie\u0127du sehem fil-pur\u010bissjoni b\u0127ala pellegrina\u0121\u0121 billi jitolbu matul il-pur\u010bissjoni. Ma setg\u0127ux jattendu g\u0127al xi mar\u010bi jew log\u0127ob tan-nar. Jiena qatt ma stajt nifhem dawn ir-regolamenti g\u0127ax la ma tag\u0127mel, xejn \u0127a\u017cin u ma toffendix \u2019l Alla x\u2019fiha \u0127a\u017cin li tie\u0127u pja\u010bir? Wara kollox anke l-Mulej attenda t-tie\u0121 ta\u2019 Kaana biex jie\u0127u gost. I\u017cda, dawn kienu l-ideat ta\u2019 San \u0120or\u0121 Preca tmenin sena ilu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jiena kont mmur il-MUSEUM f\u2019dar li kien hemm fil-\u2018\u0126ofra\u2019 ta\u2019 San Pawl. Misra\u0127 San Pawl inbidel mil-lejl g\u0127an-nhar fis-snin sittin. Il-lo\u0121o\u0121 ta\u2019 fa\u010b\u010bata tal-knisja ma kinux hemm i\u017cda kien hemm djar u \u0127wienet ma\u0121emb xulxin. Artiklu li darba qrajt jg\u0127id li mad-dawra ta\u2019 Misra\u0127 San Pawl kien hemm mhux anqas minn sebg\u0127a u g\u0127oxrin \u0127anut. Triq Santa Rita fejn illum jintrama l-monti ma kinetx te\u017cisti i\u017cda kien hemm foss b\u2019razzett tal-baqar, blat u haxix. Biex tmur g\u0127al Triq Emmanuele Vitale stajt tg\u0127addi biss jew minn fuq San Katald \u0121\u0127all Triq Bir ir-Riebu jew inkella minn Triq ir-Reb\u0127a jew Strada Vitorja kif kienet mag\u0127rufa f\u2019dawk i\u017c-\u017cmienijiet. Quddiem il-knisja ma kienx hemm dik il-bankina tonda bil-bankijiet li hemm llum i\u017cda kienet pjanura wa\u0127da. Mill-\u2018Grotto Tavern\u2019 safejn llum hemm \u2018La Piazza\u2019 kien hemm sqaq ta\u0127t il-livell tat-triq li kien jissejja\u0127 il-\u0126ofra ta\u2019 San Pawl. Fil-\u0126ofra ta\u2019 San Pawl kien hemm id-djar ta\u2019 \u017cew\u0121 familji fa\u010b\u010bata ta\u2019 \u0127ajt g\u0127oli sat-triq li kien jispi\u010b\u010ba f\u2019\u010bint t\u2019erbg\u0127a filati. Fil-fa\u010b\u010bata tal-isqaq kien hemm ma\u0127\u017cen kbir u biswitu dar bil-bieb a\u0127dar. Il-ma\u0127\u017cen kien ta\u2019 Rokku li kien grossista mag\u0127ruf fir-Rabat. .F\u2019dan il-ma\u0127\u017cen Rokku kien ja\u0127\u017cen dqiq, zokkor, u dak kollu li kien itella\u2019 mix-xatt biex wara jqassmu fil-\u0127wienet tal-mer\u010ba. Id-dar bil-bieb l-a\u0127dar kienet id-dar fejn a\u0127na it-tfal konna mmorru il-MUSEUM biex nitg\u0127allmu id-duttrina. G\u0127alhekk issa wie\u0127ed jista\u2019 jifhem aktar meta jisma\u2019 lil xi \u0127add tampari jg\u0127id li kien imur il-MUSEUM fil-\u0127ofra ta\u2019 San Pawl.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif tid\u0127ol fid-dar fejn konna nitg\u0127allmu d-duttrina kont issib tara\u0121 wieqaf. Fuq kien hemm tliet ikmamar li kienu jintu\u017caw b\u0127ala klassijiet. Mill \u0121enb kont tid\u0127ol fl-ewwel kamra li kienet mdaqqsa mhux \u0127a\u017cin u kellha wkoll gallerija \u017cg\u0127ira tonda bil-\u0127adid li kienet ti\u0121i g\u0127al fuq l-isqaq.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-gallerija kellha bieb tal-\u0127\u0121ie\u0121 li kien jin\u017camm dejjem mag\u0127luq biex \u0127add minnha t-tfal ma ja\u017c\u017c\u017carda jmur jixxabbat mill-gallerija. Minn din il-kamra kont tg\u0127addi ghall kamra o\u0127ra fin-nofs li minnha tid\u0127ol f\u2019kamra o\u0127ra b\u2019tieqa li jekk titawwal minnha tara l-bit\u0127a kbira \u0127afna tal-ma\u0127\u017cen ta\u2019 Rokku. Wara din il-bit\u0127a kont tista\u2019 tara \u0121nien kbir u sabi\u0127. L-istess b\u0127all gallerija din it-tieqa kienet tin\u017camm mag\u0127luqa. F\u2019din l-a\u0127\u0127ar kamra kont tid\u0127ol g\u0127al tojlit \u017cg\u0127ir. Kull kamra kienet mg\u0127ammra b\u2019xi sitt bankijiet twal wie\u0127ed wara l-ie\u0127or. Kuljum il-bankijiet kienu jintlew bi tfal \u017cg\u0127ar li ji\u0121u g\u0127ad-duttrina g\u0127ax peress li l-familji kienu jkunu numeru\u017ci kull sena kien ikun hemm numru mdaqqas ta\u2019 tfal g\u0127all-pre\u010bett jew il-gri\u017cma. It-tfal li ser jag\u0127mlu il-pre\u010bett u l-gri\u017cma kienu jattendu il-MUSEUM darbtejn f\u2019\u0121imgha. Nhar t-Erbg\u0127a ma kienx ikkollna MUSEUM. Darba fix-xahar konna n\u0127allsu tliet soldi li ji\u0121u 2 \u010bente\u017cmi ta\u2019 euro biex tal-MUSEUM ikollhom biex i\u0127\u0127allsu d-dawl u l-ilma tad-dar tal-MUSEUM. Meta n\u0127allsu kienu jtuna santa \u017cg\u0127ira ta\u2019 xi qaddis jew tal-Madonna jew tal-Bambin. Tg\u0127idx kemm kienu jkunu sbie\u0127. Jiena dejjem kont nerfag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kien hemm numru \u0121mielu ta\u2019 xebbiet tal-MUSEUM biex jg\u0127allmuna d-duttrina. Niftakar sewwa lil \u0120i\u0121a, \u0120u\u017ca Ciantar, Emma, Marikarm, Grezz o\u0127t is-superjura Karmena, Karmni tal-Borom, kif ukoll Grace Busuttil. Na\u0127seb li dawn ix-xebbiet kollha kienu bejn wie\u0127ed u ie\u0127or tal-istess et\u00e0 bejn l-g\u0127oxrin u t-tletin.. Is-superjura Karmena Portelli kienet xi ftit akbar mill-o\u0127rajn, filwaqt li Grace Busuttil li dak i\u017c-\u017cmien konna nsej\u0127ulha Grezz kienet wa\u0127da mill-i\u017cg\u0127ar so\u010bi tal-MUSEUM. Grace Busuttil illum hija is-superjura tal-MUSEUM tal-bniet. Hija tmexxi l-MUSEUM b\u2019dixxiplina i\u017cda bl-istess kari\u017cma li kellha mag\u0127na it-tfal fis-snin \u0127amsin. \u0126afna ommijiet kienu jwasslu \u2019l uliedhom il-MUSEUM i\u017cda jiena dejjem kont mmur ma \u0120u\u017ca Ciantar, g\u0127ax din kienet toqg\u0127od \u0127dejna, anzi wa\u0127da mill-kmamar tag\u0127na kellha tieqa tag\u0127ti g\u0127al bit\u0127a tag\u0127ha, u g\u0127alhekk x\u2019\u0127in isir il-\u0127in tal-MUSEUM kemm kienet tg\u0127ajjatli mill-bit\u0127a u mmur u ni\u0121i lura mag\u0127ha. Meta kien ikollha xi laqg\u0127a wara l-lezzjoni tag\u0127na kienet tav\u017ca \u2019l ommi biex ti\u0121i g\u0127alija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta llum nara kif jitg\u0127allmu id-duttrina g\u0127al pre\u010bett u l-gri\u017cma n-neputijiet tieg\u0127i nara differenza kbira min kif konna nitg\u0127allmu a\u0127na. Naf u ninsab \u010berta li tal-MUSEUM kienu jag\u0127mlu l-almu tag\u0127\u0127om kollu biex jg\u0127allmuna i\u017cda \u017c-\u017cminijiet jinbidlu u mag\u0127\u0127om inbidlet is-sistema tat-tag\u0127lim tad-duttrina. Illum g\u0127andhom il-kotba fuqhiex jitg\u0127allmu u tal-MUSEUM kif ukoll il-katekisti\u00a0jag\u0127mlu l-lezzjonijiet tad-duttrina ferm aktar interessanti. Tal-MUSEUM kient tistaqsina, \u201cG\u0127alfejn \u0127alqek Alla?\u201d u a\u0127na nwie\u0121bu b\u2019kantaliena \u201cAlla \u0127a-la-qni biex NG\u0126ARRFU (Din ng\u0127ajtuha u nieqfu g\u0127al pawsa \u017cg\u0127ira) IN\u0126OBBU (ng\u0127ajtuha wkoll), NAQDIH (bl-g\u0127ajjat ukoll) u wara mmur ingawdih fil-\u0121enna g\u0127al dej-jem\u201d, (u nispi\u010b\u010baw bil-kantaliena u t-tkarkira ta\u2019 g\u0127al dejjem). I\u017cda l-kantaliena ma kinitx bi\u017c\u017cejjed i\u017cda donnu biex in\u017commu \u010bertu ritmu konna nxejru saqajna kif ukoll nixxenglu minn na\u0127a g\u0127al o\u0127ra Il-lezzjoni tibqa\u2019 sejra bl-istess mod billi bl-istess kantaliena u tbandil er\u0127ilna ng\u0127idu il-Missierna, il-\u0126ob\u017cna, is-Sliema u l-Qaddisa kif ukoll is-Salve Re\u0121ina, il-Kredu, l-Att tal-Fidi, l-Att ta\u2019 Tama u o\u0127rajn. L-aktar importanti li nitg\u0127allmu kienet l-Att tal-Indiema g\u0127ax qabel nitqarbnu fil-pre\u010bett ridna nqerru u ridna ng\u0127idu l-Att tal-Indiema sew. Xi xahar qabel nag\u0127mlu l-pre\u010bett kienu jg\u0127allmuna kif nitqarbnu. Dan kienu jag\u0127mluh billi jixtru xi ftit ostji ming\u0127and min jag\u0127mel l-ostji g\u0127al quddies u billi dawn ma jkunux g\u0127adhom tbierku ituna wa\u0127da kull wie\u0127ed fuq ilsielna u b\u2019hekk nitg\u0127allmu kif nibilg\u0127u l-ostja. Kienu jg\u0127idulna li meta l-ostja tkun fuq ilsiena ma nkunux nistg\u0127u immissuha b\u2019idejna u wisq i\u017cjed bis-snien, i\u017cda kellna biss nibilg\u0127uha mill-ewwel. Qabel nitqarbnu kellna noqg\u0127odu sajmin mill-a\u0127\u0127ar ikla li nieklu qabel norqdu u filg\u0127odu lanqas ftit ilma ma stajna nie\u0127du a\u0127seb u ara xi tazza \u0127alib! G\u0127al pre\u010bett konna nit\u0127arr\u0121u wkoll kif nqerru g\u0127ax mat-tqarbin imur il-qrar. Kienu jag\u0127lmuna li hemm id-dnubiet venjali jew dnubiet \u017cg\u0127ar u hemm ukoll id-dnubiet mejta li ba\u017cikament kienu d-dnubiet li jiksru il-kmandamenti t\u2019Alla. Allura biex jag\u0127lmuna kienu jsaqsuna \u2018jekk persuna tisraq dik xi dnub tkun g\u0127amlet\u2019 u a\u0127na nwie\u0121bu dejjem bil-kantaliena li din tkun g\u0127amlet \u2018dnub mejjet kbir li jissejja\u0127 sagrile\u0121\u0121\u2019. Meta mmorrru nqerru lil qassis irridu ng\u0127idulu d-dnubiet kollha u g\u0127alhekk kellna na\u0127sbu dnubietna sew u jekk kellna xi dnub li konna nist\u0127u nqerruh kien ikollna ng\u0127idu lill qassis \u2018Sur Patri g\u0127andi dnub nist\u0127i nqerru u mbag\u0127ad hu jghina kif inqerruh. L-ewwel qrara tieg\u0127i bqajt niftakaha u ser ng\u0127id g\u0127al xiex. Mela jien liz-zija Lucy kont mhux darba u t-tnejn noqg\u0127od ng\u0127ollilha d-dublett. Dan kont nag\u0127mlu aktar biex ni\u010b\u010bajta mag\u0127ha. X\u2019tistenna minn tifla ta\u2019 sitt snin! Iz-zija Lucy kienet tg\u0127idli kemm jien pasta\u017ca g\u0127ax nag\u0127mel\u00a0hekk u kienet tg\u0127idli wkoll li la nag\u0127mel il-pre\u010bett irid immur inqerr g\u0127ax qed nag\u0127mel dnub. Tabil\u0127aqq wasalt g\u0127all-ewwel qrara u din il-bi\u010b\u010ba bdiet tinkwetani. Il-\u0127in kollu na\u0127seb kif ser ng\u0127idlu lis-sa\u010berdot g\u0127ax bdejt nist\u0127i. Allura g\u0127amilt kif qaltilna tal-MUSEUM u g\u0127idtlu li g\u0127andi dnub nist\u0127i nqerru. Min jaf il-qassis biex \u0127aseb li jien \u0127ier\u0121a fl-ewwel qrara tieg\u0127i! Na\u0127seb sa ma sema\u2019 dnubiti f\u2019qalbu qal \u2018din l-ewwel qrara a\u0127seb u ara l-quddiem kemm ser ikkollha aktar dnubiet tist\u0127i tqerrhom\u2019. X\u2019\u0127in in\u0127ares lura lejn dan l-episodju lanqas naf nid\u0127aqx bl-inno\u010benza tieg\u0127i jew nibkix g\u0127al mod kif kienu jda\u0127\u0127lulna \u010berti affarijiet f\u2019mo\u0127\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0121urnata tal-pre\u010bett bdiet toqrob \u0121mielha u g\u0127alhekk bdew il-preparamenti. \u017bgur li ma kinux xi preparamenti ellaborati b\u0127alma jsiru llum il-\u0121urnata, i\u017cda \u010berti affarijiet riedu jsiru bifors. Iz-zija Lucy u ommi minn xi xahar qabel \u0127adu \u0127sieb imorru il-Belt biex jixtru d-drapp g\u0127al-libsa tal-pre\u010bett kif ukoll xtraw it-tull g\u0127all mant. Xtrawli wkoll i\u017c-\u017carbun u l-kalzetti u l-ingwanti bojod. Hekk kif iz-zija kellha d-drapp f\u2019idejha ntefg\u0127et b\u2019ru\u0127ha u \u0121isimha g\u0127al-\u0127jata tal-libsa wara li pen\u0121iet fuq bi\u010b\u010ba karta kif ser tag\u0127milha. Xejn ta\u2019 barra minn hawn i\u017cda sempli\u010bi u sabi\u0127a adattata g\u0127al tifla ta\u2019 sitt snin. Kienet bir-refki fil-korp kif ukoll tliet refki fuq xulxin fid-dublett. Flimkien mal-libsa z-zija \u0127ititli wkoll il-bor\u017ca biex fiha nkun nista npo\u0121\u0121i l-maktur. Il-mant ukoll g\u0127amlituli iz-zija. Hija mmuntat il-mant madwar tlitt fjuriet tal-organdie bil-pettne mwa\u0127\u0127\u0127al mag\u0127\u0127om. Il-mant \u0127abbatha ftit liz-zija g\u0127ax dan id-dinja ta\u2019 pettne ma ried bl-ebda mod i\u017comm sod fuq rasi peress li jien minn dejjem kelli xag\u0127ri irqiq u \u0127afif. B\u2019hekk \u0121ie de\u010bi\u017c li jag\u0127mluli xag\u0127ri pin up biex xag\u0127ri ji\u0127xien u il-pettne tal-mant ikkollu f\u2019hiex jid\u0127ol. Ommi wkoll kienet t\u0127obb tag\u0127mel xag\u0127rha pin up spe\u010bjalment meta kien ikkollha xi okka\u017c\u017cjoni b\u0127al xi tie\u0121 jew g\u0127al festa ta\u2019 San Pawl g\u0127ax hi wkoll kellha xag\u0127ra rqiq u \u0127afif. Kienet ti\u0121i Pawla ta\u2019 Kun\u010bett biex tag\u0127mlilha l-pin up u g\u0127alhekk \u017cmien sew qabel il-pre\u010bett ommi qalet lill Pawla ta\u2019 Kun\u010bett biex tag\u0127milli xag\u0127ri pin up. Qaltilha ftit kmieni biex sal-pre\u010bett xag\u0127ri jil\u0127aq joqg\u0127od g\u0127ax fl-ewwel \u0121imag\u0127tejn wara li tag\u0127millek dan il-pin up tkun qisek golliwog b\u2019dawk in-nokkli rqaq ma rasek i\u017cda umbag\u0127ad ix-xag\u0127ar jibda jikber ftit u jie\u0127u dehra a\u0127jar. Pawla kienet \u0121iet darba s-Sibt, meta ma kellix skola, fit-tmienja ta\u2019 filg\u0127odu, u bil-pa\u010benzja kollha bdiet tofroq ix-xag\u0127ar ftit ftit tpo\u0121\u0121i karta qisha tissue fuq ix-xag\u0127ar li tkun ser tobrom u f\u2019nofs sieg\u0127a barmitli xag\u0127ri kollu fuq \u0127afna molol ikkuluriti. Xarbet dawn il-molol bil-likwidu jismu pin-up. Dan kellu ri\u0127a tant pessma li kienet tid\u0127ol f\u2019imnifsejk u tibqa nie\u017cla fi gri\u017cmejk. Wara dan l-e\u017cer\u010bizzju Pawla marret id-dar u jien qag\u0127dt b\u2019rasi bil-molol sa l-erba\u2019 ta\u2019 filg\u0127axija. X\u2019\u0127in Pawla re\u0121ghet \u0121iet, ne\u0127\u0127iet il-molol\u00a0kollha xarbitli xag\u0127ri b\u2019likwidu li kien ikun f\u2019pakkett \u017cg\u0127ir fil-kaxxa flimkien mal-flixkun tal-pin-up u l-karti u wara \u0127aslitieli u hekk filli kelli xag\u0127ri lixx u filli \u0121ie nnukklat irqiq.. Eh issa m\u2019hemmx dubju li l-pettne tal-mant jaqbad sew ma xag\u0127ri u l-mant joqg\u0127od sew u pulit. Jiena kont ferm anzju\u017ca li jasal il-pre\u010bett g\u0127ax apparti li kif kienu j\u0127e\u0121\u0121una tal-MUSEUM kont ser nir\u010bievi il-Bambin kont ser nilbes dik il-libsa bajda bil-mant u kont ser inkun qisni g\u0127arusa. Wara kollox min jaf kemm-il darba sibt xi purtiera tal-bizzilla u po\u0121\u0121ejtha fuq rasi u jien u \u0127ija qag\u0127dna induru mad-dar, nilg\u0127abu jien l-g\u0127arusa u hu jew l-g\u0127arus jew il-bridesmaid warajja jerfag\u0127li l-mant. Il-preparamenti kienu fl-aqwa tag\u0127hom i\u017cda mhux l-ewwel darba li kienet tg\u0127addili minn mo\u0127hi li kollox kien qed isir ta\u2019 xejn g\u0127ax kien baqa\u2019 li jsir l-e\u017cami tal-pre\u010bett u skont tal-MUSEUM jekk ma ng\u0127addix minn dan l-e\u017cami ma nag\u0127milx il-pre\u010bett. Jien id-duttrina kollox kont tg\u0127allimt i\u017cda xorta kont qed nib\u017ca\u2019 min dan l-e\u017cami, wara kollox e\u017cami hu u na\u0127seb kien l-ewwel e\u017cami li g\u0127amilt. \u0120imag\u0127tejn qabel il-pre\u010bett \u0121ie l-MUSEUM il-kappillan Dun Lawrenz Spiteri u qag\u0127ad bilqeg\u0127da fi klassi battala filwaqt li a\u0127na t-tfal qag\u0127dna serbut fi kju biex nid\u0127lu wa\u0127da wara l-o\u0127ra g\u0127al dan l-e\u017cami orali.. Meta messni qalli biex inrodd is-salib, talabni ng\u0127idlu xi talb li tg\u0127allimt b\u0127al-missierna u l-kredu u xi mistoqsijiet o\u0127ra li tg\u0127allimna fid-duttrina tani santa u kitibli fuqha li g\u0127addejt. Tg\u0127idx kemm \u0127ri\u0121t fer\u0127ana mill-MUSEUM dak inhar. Xi \u0121imag\u0127tejn qabel il-pre\u010bett ommi xtratli mill-MUSEUM id-domna bil-kal\u010bi u l-ostja mnaqqxin \u0121o fiha. Din kienet tiddendel m\u2019g\u0127onqi b\u2019\u017cigarella bajda. Ommi xtratli wkoll xemg\u0127a u meta waslet il-\u0121urnata tal-pre\u010bett rabtitli mag\u0127ha b\u2019\u017cigarella bajda \u0121ilju abjad.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-\u0121urnata tal-pre\u010bett iz-zija Lucy \u0121iet kmieni d-dar tag\u0127na biex tlibbissni hi l-libsa tal-pre\u010bett. Iz-zija Lucy ma kelliex ulied tag\u0127ha i\u017cda dan il-vojt imlietu bija u b\u2019\u0127ija g\u0127ax kienet t\u0127obbna daqs li kieku konna t-tfal tag\u0127ha u jiena ng\u0127id g\u0127alija xejn anqas. G\u0127adni s\u2019issa \u0127amsa u g\u0127oxrin sena wara mewta li meta ng\u0127id talba g\u0127ar ru\u0127 ommi ng\u0127id o\u0127ra g\u0127ar-ru\u0127 iz-zija Lucy g\u0127ax g\u0127adni nqisha b\u0127ala t-tieni omm tieg\u0127i. In\u0121barna kmieni f\u2019Misra\u0127 il-Paro\u010b\u010ba quddiem il-Knisja ta\u2019 San Pawl. In-nies jiggustawna u jg\u0127idulna kemm a\u0127na sbie\u0127 bil-libsa tal-pre\u010bett u l-mant. Is-subien kienu lebsin \u0121lekk u qalziet twil jew qasir abjad, \u017carbun abjad, domna b\u0127al tag\u0127na l-bniet i\u017cda flok mdendla m\u2019g\u0127onqhom mwa\u0127\u0127la fuq il-pavru kif ukoll fuq il-komma tal-\u0121lekk tan-na\u0127a tal-lemin kellhom mwa\u0127\u0127al \u010boff tas-satin bil-kal\u010bi u l-ostja impen\u0121ija bil-pen painting fuqu. Is-subien ukoll f\u2019idejhom kellhom xemg\u0127a bil-\u0121ilju. G\u0127amluna tnejn tnejn wara xulxin fuq kull na\u0127a, l-ewwel il-bniet u wara s-subien u bdejna mexjin f\u2019pur\u010bissjoni minn fejn San Pawl g\u0127al Triq il-Kulle\u0121\u0121, dorna\u00a0g\u0127all Triq Konti Ru\u0121\u0121ieru, g\u0127addejjna minn Triq San Fran\u0121isk, Triq l-Isptar u \u0121ejna fi Triq il-Kbira , g\u0127al Triq San Pawl u d\u0127alna l-knisja. X\u2019\u0127in g\u0127addejna minn quddiem l-isqaq tag\u0127na hemm kienu ommi, missieri u z-zija jarawni g\u0127addejja. Fuq quddiemnett tal-pur\u010bissjoni tifla naqra akbar minna wisq probabbli li kienet g\u0127amlet il-pre\u010bett sena qabilna \u017cammet bandalora \u010belesti u a\u0127na mxejna warajha nkantaw l-innijiet \u2018Nadurawk ja \u0127ob\u017c tas-sema\u2019 u \u2018Tina l-\u0127lewwa tal-ilsna tas-sema\u2019 u xi innijiet o\u0127ra lill Qalb ta\u2019 \u0120esu. L-organnizzaturi kienu l-membri tal-mu\u017cew r\u0121iel u nisa li matul it-triq qag\u0127du jiggwidawna kif nimxu u jpo\u0121\u0121una f\u2019postna jekk xi wa\u0127da minnha to\u0127ro\u0121 mir-ringiela. Fil-knisja saret il-quddiesa u x\u2019hin il-quddiesa spi\u010b\u010bat tellawna g\u0127arkubtejna fuq il-presbiterju (l-altar) u s-sa\u010berdot qarbinna. X\u2019\u0127in \u0127ri\u0121na mill-knisja sibt lil ommi tistennieni ma \u0127afna ommijiet o\u0127ra. Peress li kont sajma kelli \u0127afna \u0121u\u0127 u ommi lestiet kejk kif ukoll tazza ru\u0121\u0121ata mag\u0127mula mit-trab tal-larin\u0121 jew trab tal-lumi li dak i\u017c-\u017cmien konna nixtru bil-kwart mill-\u0127anut tal-mer\u010ba. G\u0127al din i\u010b-\u010belebrazzjoni \u017cg\u0127ira stiednet biex jie\u0127du bi\u010b\u010ba kejk mieg\u0127i lill \u010aali ta\u2019 Mari\u2019 ta\u2019 \u0127dejna kif ukoll lill Katie tal-Migarruwa. Dawn it-tnejn kienu xi tlitt snin akbar minni i\u017cda kienu tnejn mill-ftit tfal \u0121irien li kelli. Kien hemm ukoll Leli ta\u2019 \u010aikka u o\u0127tu Mary i\u017cda Leli kien daqsi u g\u0127amel il-pre\u010bett mieg\u0127i u g\u0127alhekk ried ji\u010b\u010belebra hu ukoll din l-okka\u017c\u017cjoni. Wara li kilna u xrobna \u0127ri\u0121na nilg\u0127abu barra. Rigali qlajt ftit ming\u0127and il-\u0121irien u z-zijiet. Minn tani kuruna u minn tani ktieb tal-knisja. Ktieb tal-knisja bl-Ingli\u017c li kien g\u0127al qalbi ferm u kont nie\u0127du mieg\u0127i il-knisja kuljum kienet tag\u0127tuli Carmena Ciantar, o\u0127t \u0120u\u017ca Ciantar tal-MUSEUM. Fuq l-ewwel fa\u010b\u010bata kelli miktub On your First Holy Communion. From Carmen Ciantar 13-6-1952. Wara nofs in nhar er\u0121ajt ilbist il-libsa tal-pre\u010bett u ommi u missieri \u0127aduni Ra\u0127al \u0120did biex tarani in-nanna omm missieri kif ukoll iz-zijiet \u0127ut missieri. Meta jien g\u0127amilt il-pre\u010bett ma kienux jittie\u0127du rittratti fil-knisja i\u017cda kien jittie\u0127ed rittratt tal-okka\u017c\u017cjoni fi studio. L-aktar fotografers rinomati fi \u017cmieni kienu Cassar, Blackman, u Ciancio tal-Hamrun kif ukoll l-Express ta\u2019 Ra\u0127al \u0120did. L-Express kellu l-\u0127anut tal-fotografija bi studio fejn tie\u0127u r-rittratti fil-pjazza ta\u2019 Ra\u0127al \u0120did. G\u0127alhekk il-mawra sa Ra\u0127al \u0120did serviet mhux biss biex jarawni z-zijiet u n-nanna i\u017cda anke biex \u0127aduli ir-rittratt tal-pre\u010bett g\u0127and l-Express. Il-fotografer po\u0121\u0121ieni bil-wieqfa b\u2019idi l-leminija sserra\u0127 fuq \u0121innokkjatur u f\u2019idi x-xellugija n\u017comm ktieb tal-knisja. Warajja po\u0121\u0121a xena tal-Bambin b\u2019idu merfug\u0127a qisu qieg\u0127ed iberikni. L-Express kellu \u0127afna rittratti sbie\u0127 fil-mostra u ma nafx meta lesta r-rittratt tal-pre\u010bett tieg\u0127i kienx g\u0127amlu wkoll fil-mostra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Tnejn filg\u0127odu seb\u0127et \u0121urnata normali b\u0127as-soltu u jiena mort il-quddies fil-knisja ta\u2019 San Fran\u0121isk li kienet biss erba passi l-bog\u0127od minfejn noqg\u0127odu a\u0127na. Illum is-sa\u010berdot iqarben wara l-elevazzjoni i\u017cda fi snin \u0127amsin kien iqarben qabel jibda jqaddes u wara li jispi\u010b\u010ba l-quddiesa. Jien dde\u010bidejt li nitqarben qabel u wara l-quddiesa. X\u2019\u0127in mort lura d-dar nsib l-ommi tixtri l-\u0127alib ming\u0127and Ru\u017carja l-Migarruwwa u d\u0127alt ng\u0127idilha \u2018Ma taf li llum il-Bambin \u0121ie darbtejn g\u0127andi g\u0127ax tqarbint darbtejn\u2019 Ommi bdiet trodd is-slaleb u tg\u0127id \u2018Ara din x\u2019g\u0127amlet marrett titqarben darbtejn, x\u2019kull wa\u0127da wkoll, mela ma tafx li ma tistax tag\u0127mel hekk\u2019. Li kieku jien kont naf kont ser nitla nitqrben darbtejn?. Qaltli biex nie\u0127u \u0127sieb nqerr g\u0127ax b\u2019hekk g\u0127amilt dnub u hekk \u0127assitha sserra\u0127 il-kuxjenza. X\u2019\u0127in mort l-iskola kien hemm xi tfal li \u0121abu xi \u0127a\u0121a tal-\u0127elu f\u2019bor\u017ca lil g\u0127alliema li kienet Miss Bonavia. Is-santi tal-pre\u010bett li ji\u0121u stampati b\u2019tifkira tal-okka\u017c\u017cjoni b\u2019talba \u017cg\u0127ira fuqhom u bl-isem u l-kunjom tat-tifel jew tat-tifla u bid-data ta\u2019 l-okka\u017c\u017cjoni kienu g\u0127adhom ma bdewx isiru minn kull\u0127add i\u017cda din l-u\u017canza kienet g\u0127ada qed tibda tid\u0127ol. Mill klassi tieg\u0127i kien hemm xi tfal li g\u0127amlu dawn is-santi u \u0121ew taw wa\u0127da lill g\u0127alliema. Jiena la tajtha \u0127elu u lanqas santa u g\u0127adni qatt ma ninsa kemm \u0127assejjtni anqas mill o\u0127rajn. Fejn is-soltu kont dejjem nirrakkonta u l-\u0127abel ikun f\u2019idejja din id-darba mmuttajt quddiem din is-sitwzzjoni. L-g\u0127alliema saqsietni x\u2019kien \u0121rali i\u017cda jien we\u0121ibtha li ma kien \u0121rali xejn. Mur g\u0127idilha kemm kelli aptit nibki dak il-\u0127in. M\u2019iniex nag\u0127ti l-ebda tort l-ommi li m\u2019g\u0127amlitlix is-santi jew m\u2019g\u0127amlitliex festini. Dak i\u017c-\u017cmien kienu il-\u0127afna li ma jag\u0127mlux u l-ftit li jag\u0127mlu. Meta \u0127ija g\u0127amel il-pre\u010bett l-u\u017canza li ting\u0127ata santa b\u0127ala tifkira tal-pre\u010bett kienet da\u0127let sew u ommi g\u0127amlitlu santi lill \u0127ija i\u017cda mhux qabel ma saqsietni jekk jiena nsibx o\u0121\u0121ezzjoni, biex b\u2019hekk isserra\u0127 il-kuxjenza li ma kienitx g\u0127amlet preferenzi ma \u0127ija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ftit snin qabel ma jien wasalt g\u0127al gri\u017cma, il-gri\u017cma u l-pre\u010bett kienu jsiru fl-istess \u0121urnata. Filg\u0127odu l-pre\u010bett u filg\u0127axija l-gri\u017cma. Jien g\u0127amilt il-gri\u017cma sena wara l-pre\u010bett. G\u0127alhekk \u0121img\u0127a wara li g\u0127amilt il-pre\u010bett er\u0121ajt bdejt immur il-MUSEUM biex jippreparawni g\u0127al gri\u017cma. Din is-sena id-duttrina kienet aktar tag\u0127lim fuq l-Ispirtu s-Santu. Tg\u0127allimna d-Doni ta\u2019 l-Ispitru s-Santu u kif l-Ispirtu s-Santu jg\u0127inna biex ng\u0127ixu ta\u2019 nsara tajba. . G\u0127al din l-okka\u017c\u017cjoni kienet tintag\u0127\u017cel il-parrina. Il-parrina tieg\u0127i kienet iz-zija Lucy. Peress li f\u2019sena ma nkunux kbirna \u0127afna konna nilbsu il-libsa tal-pre\u010bett g\u0127all gri\u017cma, i\u017cda l-parrina kienet ta\u0127seb g\u0127al lbies pulit tal-okka\u017c\u017cjoni kif ukoll kien hemm min jilbes il-kappell avolja l-gri\u017cma kienet ssir f\u2019xi l-erba\u2019 ta\u2019 waranofsinhar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-knejjes illum jinsabu kollha attrezzati bil-bankijiet i\u017cda ma kienx hekk fis-snin \u0127amsin. F\u2019dak i\u017c-\u017cmien fil-knejjes kienu jintu\u017caw is-si\u0121\u0121ijiet tas-sada ji\u0121ifieri is-saqajn u d-dar kienu jkunu tal-injam filwaqt li l-maqg\u0127ad kien ikun tas-sada li huwa materjal qisu bejn tiben u \u0127abel irqiq. Dawn is-si\u0121\u0121ijiet kienu jitpo\u0121\u0121ew wie\u0127ed fuq l-ie\u0127or fir-rokna ta\u2019 fejn il-bieb tal-knisja u qabel ma tibda l-quddiesa is-sagristan joqg\u0127od fejn il-bieb tal-knisja biex kull minn jid\u0127ol jag\u0127tih sitt \u0127abbiet u hu jti\u0127 si\u0121\u0121u biex imur joqg\u0127od bilqeg\u0127da fejn irid fil-knisja. Avolja kull\u0127add seta joqg\u0127od fejn irid xorta minn \u0121urnata g\u0127al o\u0127ra kull\u0127add kien i\u017comm postu u dejjem il-knisja kienet tispi\u010b\u010ba maqsuma bin-nisa fuq na\u0127a u l-ir\u0121iel fuq na\u0127a o\u0127ra anke jekk ikunu koppja mi\u017c\u017ceww\u0121a l-mara toqg\u0127od na\u0127a u r-ra\u0121el joqg\u0127od o\u0127ra. Kien hemm nies spe\u010bjalment anzjani li ma kinux jifil\u0127u joqg\u0127odu g\u0127arkubtejhom waqt l-elevazzjoni g\u0127alhekk fil-\u0127in li suppost joqg\u0127odu g\u0127arkubbtejhom b\u2019sinjal ta\u2019 qima kienu jbaxxu rashom waqt li jitmejjlu bis-si\u0121\u0121u fuq l-ewwel \u017cew\u0121 saqajn tieg\u0127u. Waqt li jmejlu s-si\u0121\u0121u kienu j\u017commu si\u0121\u0121u ie\u0127or quddiemhom biex ikkollhom ma x\u2019hiex i\u017c\u017commu u b\u2019hekk i\u0127\u0127ossuhom aktar siguri li ma jistg\u0127ux jaqg\u0127ux meta jmejlu s-si\u0121\u0121u. Dawn in-nies kienu j\u0127allsu sold g\u0127al \u017cew\u0121 si\u0121\u0121ijiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-gri\u017cma dawn is-si\u0121\u0121ijiet kienu jintramaw f\u2019\u017cew\u0121 ringieli mill altar sal bieb ta\u2019 barra. Ir-ringieli kienu jkunu wa\u0127da f\u2019kull na\u0127a tal-knisja b\u2019tali mod li j\u0127allu passa\u0121\u0121 wiesg\u0127a bejniethom. F\u2019ringiela ta\u2019 na\u0127a kienu joqg\u0127odu il-bniet u fir-ringiela tal-fa\u010b\u010bata joqg\u0127odu s-subien. Is-si\u0121\u0121ijiet kienu jitpo\u0121\u0121ew darhom i\u0127ares lejn il-passa\u0121\u0121 biex a\u0127na t-tfal noqg\u0127odu g\u0127arkubbtejna fuq il-maqg\u0127ad wi\u010b\u010bna j\u0127ares lejn id-dahar tas-si\u0121\u0121u. Il-parrini joqg\u0127odu wara l-filjozzi (it-tifla jew it-tifel) b\u2019idhom il-leminija fuq l-ispalla leminija tal-filjozzi tag\u0127\u0127om. L-isqof jo\u0127ro\u0121 jamministra s-sagrament tal-gri\u017cma billi jibda min fejn l-altar jidlek i\u017c-\u017cejt u l-balzmu jg\u0127id it-talb u bil-werrej u t-tielet sebg\u0127a t\u2019idu l-leminija immissilna \u0127afif \u0127afif il-warda ta\u2019 wi\u010b\u010bna. Kienu jg\u0127idulna li l-isqof ser itina daqqa ta\u2019 \u0127arta u jien tg\u0127idx kemm kont inkwetata li ser nwe\u0121\u0121a\u2019 b\u2019din id-daqqa!. Hekk kif l-isqof ilesti lill kull\u0127add konna no\u0127or\u0121u mill knisja Suldati ta\u2019 Kristu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-festini biex ji\u0121i \u010b\u010belebrat Jum l-Ewwel Tqarbina kienu g\u0127adhom mhumiex popolari i\u017cda bil-mod il-mod bdiet tid\u0127ol id-drawwa li jsir festin g\u0127al okka\u017c\u017cjoni tal-gri\u017cma tal-Isqof. Meta \u010aali ta\u2019 Mari ta\u2019 \u0127dejna g\u0127amel il-gri\u017cma ommu g\u0127amlitlu festin. G\u0127al din l-okka\u017c\u017cjoni lill \u010aali kont sliftu il-pultruna tieg\u0127i tal-wicker (qasab) biex joqg\u0127od bilqeg\u0127da fuqha matul il-festin. G\u0127adni sal lum\u00a0niftakar kemm kont \u0127assejtni kburija li l-pultruna qieg\u0127ed bilqeg\u0127da fuqha persuna importanti u li dan il-festin kien qed isir g\u0127ad unur tieg\u0127u. Il-festin fil-gri\u017cma ma kienx isir biss g\u0127ad unur tat-tifel jew it-tifla li tag\u0127mel il-gri\u017cma i\u017cda anke biex jirringrzzjaw lill parrini li jkunu da\u0127lu g\u0127al din ir-risponsabbilit\u00e0. Jien ukoll kelli festin biex ni\u010b\u010belebra l-gri\u017cma tal-isqof. Ommi u missieri stiednu liz-zijiet \u0127ut missieri u l-erbg\u0127a \u0121irien ta\u2019 madwarna. Biex ikkollna bi\u017c\u017cejjed si\u0121\u0121ijiet g\u0127al mistednin iddubbajna xi si\u0121\u0121ijiet ming\u0127and Mari ta\u2019 \u0127dejna kif ukoll ming\u0127and Karmena o\u0127t \u0120u\u017ca Ciantar. G\u0127amilnihom \u0127dejn xulxin fil-bit\u0127a \u017cg\u0127ira tag\u0127na u g\u0127amilna wkoll xi ftit \u0121ewwa. Iz-ziju Karm, ir-ra\u0121el taz-zija Lucy kien jaf ja\u0127dem fl-elettriku g\u0127alhekk \u0127a \u0127sieb li jag\u0127mel xi ftit bozoz fil-bit\u0127a. Id-dar tag\u0127na kienet \u017cg\u0127ira i\u017cda f\u2019xi okka\u017c\u017cjoni b\u0127al din meta ommi kienet tistieden lin-nies u trid t\u0127abbel mo\u0127\u0127ha fejn ser joqg\u0127odu dejjem kont nisma\u2019 l-ommi tg\u0127id li d-dar \u017cg\u0127ira u l-qalb kbira, u tabil\u0127aqq hekk kien, g\u0127ax dejjem laqg\u0127et lill kull\u0127add bil-fer\u0127 u bil-qalb. Fil-festini li kienu jsiru f\u2019dak i\u017c-\u017cmien ma kienx ji\u0121i servut l-ikel b\u0127al ma jsir illum i\u017cda kien ji\u0121i servut il-\u0127elu. Ommi ordnat ming\u0127and Tanti tal-\u0120elati, biskuttini tar-ra\u0127al, pastini bi\u010b-\u010birasa fuqhom, biskuttini tal-lew\u017c morr, perlini u pasti rjali (pastini \u017cg\u0127ar ffurmati mill-entrita tal-lew\u017c miksijin bil-\u0121elu ta\u2019 kulur differenti u bo\u010b\u010ba bajda fuqhom). Tg\u0127idx kemm kienu jkunu sbie\u0127 fil-gabarr\u00e8. Kien ikun hemm ukoll kejk kollu passolina u \u017cbib. Biex kollox ikun komplut fl-a\u0127\u0127ar jisserva l-\u0121elat tal-bezzun. Il-bezzun kien ikun kartell mdaqqas mimli sa ftit aktar min-nofsu bis-sil\u0121. Fuq is-sil\u0121 kienu jitfg\u0127u il-mel\u0127 biex is-sil\u0121 ma jin\u0127allx malajr. F\u2019dan il-kartell bis-sil\u0121 kienu jpo\u0121\u0121u kontenitur bil-\u0121elat u jag\u0127mlu l-g\u0127atu biex il-\u0121elat ma jin\u0127alx. Dan il-bezzun kien iservi flok free\u017cer. Il-\u0121elat kollu bi\u010b\u010biet tal-lew\u017c u \u010birasa kien jisserva fi plattina bil-pane di Spagna mieg\u0127u. Il-pane di Spagna kienet tkun jew kwadra jew tawwallija li kienu jg\u0127idulha finger . Illum hawn \u0127afna kwalitajiet ta\u2019 \u0121elati i\u017cda \u017cgur li l-ebda \u0121elat ma ji\u017cboq it-tog\u0127ma tajba li kellu il-\u0121elat tal-bezzun! Qlajt diversi rigali. Iz-zija, il-parrina tag\u0127tni par imsielet tad-deheb. Qlajt ukoll kotba tal-knisja minn bil-qoxra tal-kartun bajda, u o\u0127rajn bil-qoxra tal-plastik o\u0127xon u kuruni bojod, ro\u017ca, u qishom tal-fidda. Dawn kienu jkunu f\u2019kaxxi mill-isba\u0127. Qlajt fonti tal-ilma mbierek biex jiddendel fuq is-sodda u qabel ma torqod tag\u0127mel salib fuq mo\u0127\u0127ok bl-ilma mbierek, kif ukoll inkwadri tal-Madonna u tal-Bambin jew ta\u2019 xi qaddis bl-inkwatru tal-majka biex tpo\u0121\u0121i\u0127 fuq il-komodina. Wie\u0127ed mix-xju\u0127 li kien f\u2019Ta\u2019 Saura kien bg\u0127atli man-nannu portemonnaie tal-madre perla. Kemm kien sabi\u0127 u kemm fra\u0127t bih!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta nag\u0127mlu l-gri\u017cma ma nibqg\u0127ux mmorru il-MUSEUM. Stajna nibqg\u0127u mmorru il-MUSEUM jekk konna nidde\u010biedu li nsiru so\u010bi tal-mu\u017cew. Tal-MUSEUM kienu j\u0127e\u0121\u0121una biex xorta nibqg\u0127u nattendu xi g\u0127aqda reli\u0121ju\u017ca l-istess b\u0127al m\u2019g\u0127adhom jag\u0127mlu llum. Jiena d\u0127alt f\u2019diversi g\u0127aqdiet i\u017cda \u0127a\u0121a tal-iskantament ma nafx g\u0127aliex i\u017c-\u017cmien tieg\u0127i f\u2019dawn l-g\u0127aqdiet dejjem kien qasir \u0127afna. L-ewwel ma bdejt mmur kienet l-Azzjoni Kattolika. Kienet tg\u0127allimna \u0120anna tal-Grun, li meta \u017c\u017cewwi\u0121t kienet toqg\u0127od triq bog\u0127od minni u kull meta kont niltaqa\u2019 mag\u0127\u0127a dejjem ftakart fi\u017c-\u017cmien tal-Azzjoni Kattolika. Konna niltaqg\u0127u nhar ta\u2019 \u0120img\u0127a filg\u0127axija. Il-post fejn konna niltaqg\u0127u kienet kantina fi Triq San Fran\u0121isk. F\u2019din it-triq hemm it-tara\u0121 li jag\u0127ti g\u0127al Triq \u0120org Borg Olivier u li ji\u0121i fa\u010b\u010bata ta\u2019 Ta Saura. Din il-kantina kienet il-kantina tal-ispi\u017cerija li kien hemm fil-kantuniera fejn illum hemm it-traffic lights ta\u2019 quddiem Ta\u2019 Saura. M\u2019g\u0127andix idea x\u2019konna ng\u0127amlu fil-laqg\u0127at ta\u2019 l-Azzjoni Kattolika i\u017cda i\u017cda naf li ma tantx domt mmur dawn il-laqg\u0127at.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara l-Azzjoni Kattolika d\u0127alt fil-Legion of Mary. Kienet tie\u0127u \u0127sieb il-Legion Miss Saliba l-Kbira. Konna ng\u0127idulha hekk g\u0127ax hi u o\u0127tha kienu it-tnejn g\u0127alliema fl-iskola primarja u biex niddistingwuhom konna nsibuhom b\u0127ala Miss Saliba l-kbira u Miss Saliba \u017c-\u017cg\u0127ira. Konna niltaqg\u0127u fil-kamra ta\u2019 fuq ta\u2019 dar fi Triq il-Kbira x\u2019imkien ftit il-fuq minn Ta\u2019 Sura. Fl-ewwel laqg\u0127a li attendejt kienu tawni santa tal-Madonna li fuqha kellha miktub \u0127afna talb fosthom ir-ru\u017carju li ridna ng\u0127iduh kulljum. Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a kienu jtuna x-xog\u0127ol x\u2019nag\u0127mlu li konna ng\u0127idulu il-work tal-\u0121img\u0127a. Dan kien jikkonsisti billi jew g\u0127al dik il-\u0121img\u0127a mmorru n\u017curu xi xi\u0127a jew lil xi \u0127add marid. Kienu anke jtuna l-inkarigu li ng\u0127idu ir-ru\u017carju fil-familja jew immorru g\u0127and xi familja u nistednuhom jg\u0127idu ir-ru\u017carju mag\u0127na. Li ng\u0127id ir-ru\u017carju d-dar ma kont insibha xejn bi tqila i\u017cda li mmur g\u0127and in-nies ng\u0127idilhom jg\u0127idu r-ru\u017carju mieg\u0127i jew immur n\u017cur xi xi\u0127a jew xi \u0127add marid dawn kont nist\u0127i nag\u0127milhom. Wara kollox kont g\u0127adni tifla ta\u2019 tnax il-sena. X\u2019\u0127in rajt li m\u2019iniex nobdi r-regolamenti kif suppost malajr g\u0127idt sa\u0127\u0127a ukoll lil Legion of Mary.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Amy Vassallo kienet fil-klassi tieg\u0127i u g\u0127al xi \u017cmien kienet ukoll fil-bank mieg\u0127i. U g\u0127alhekk konna sirna \u0127bieb sew. Amy kienet toqg\u0127od fi Triq Santu Wistin. Il-Patrijiet ta\u2019 Santu Wistin kienu waqqfu g\u0127aqda li kien jisimha Crusaders of Christ. Din l-g\u0127aqda kienet tie\u0127u \u0127siebha Lily o\u0127t Amy. Amy da\u0127let f\u2019din l-g\u0127aqda u kienet \u0127ajret xi tfal biex jid\u0127lu f\u2019din l-g\u0127aqda. Jien t\u0127ajjart\u00a0u d\u0127alt. Kien wasal \u0126add il-Palm u biex din l-g\u0127aqda ti\u0121i inawgurata konna \u0127adna sehem fil-pur\u010bissjoni ta\u2019 \u0126add il-Palm lebsin l-uniformi tal-iskola u fuqha ilbisna ter\u0127a li minn fuq l-ispalla tin\u017cel g\u0127al qadd bil-kliem irrakkmat kulur isfar CRUSADERS OF CHRIST. B\u0127as-soltu iz-zija kienet \u0127adet pa\u010benzja bija u fi \u017cmien qasir rrakkmatli dawn il-kliem fuq it-ter\u0127a. \u0126ri\u0121na mill-knisja ta\u2019 Santu Wistin bil-weraq ta\u017c-\u017cebbu\u0121 f\u2019idejna u in\u017cilna Is-Saqqajja, dorna mal-HSBC (dak i\u017c-\u017cmien Barclays Bank) tlajna minn quddiem il-\u0121nien u dorna g\u0127al Vjal Santu Wistin g\u0127al quddiesa. M\u2019g\u0127andix idea li wara din il-pur\u010bissjoni attendejt g\u0127al xi laqg\u0127a o\u0127ra ta\u2019 din l-g\u0127aqda. Il-pur\u010bissjoni kienet l-ewwel u l-a\u0127\u0127ar darba li jien attendejt fl-g\u0127aqda tal-Crusaders of Christ.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar dde\u010bidejt li ma nid\u0127ol fl-ebda g\u0127aqda o\u0127ra. Hekk nista ng\u0127id li \u0121ie fi tmiemhu i\u017c-\u017cmien lajk tieg\u0127i. In\u0127ares lejn dan i\u017c-\u017cmien b\u0127ala \u017cmien sabi\u0127. \u017bmien li grazzi g\u0127al tal-MUSEUM sa\u0127\u0127a\u0127 fija valuri nsara. \u017bmien li fih tg\u0127allimt fuq DAK li qatt ma j\u0127allina we\u0127edna meta niffa\u010b\u010bjaw l-inkwiet u l-problemi tal-\u0127ajja.<\/span><\/p>\n\n<div style=\"font-size: 0px; height: 0px; line-height: 0px; margin: 0; padding: 0; clear: both;\"><\/div>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Josephine Fenech Meta konna nag\u0127lqu \u0127ames snin u nibdew mmorrru l-iskola, nibdew ukoll mmorru l-MUSEUM biex nippreparaw ru\u0127na g\u0127all-Pre\u010bett u l-Gri\u017cma tal-Isqof, e\u017catt kif g\u0127adu jsir llum. Jiena g\u0127amilt il-pre\u010bett fl-1952 u g\u0127alhekk bdejt mmur il-MUSEUM minn sena qabel. Il-MUSEUM kien u g\u0127adu jitmexxa mill-g\u0127aqda tas-so\u010bi tal-MUSEUM li kien waqqaf Dun Gorg Preca fl-1907, illum &hellip; <\/p>\n<p class=\"link-more\"><a href=\"https:\/\/www.rabatmalta.com\/?page_id=5415\" class=\"more-link\">Continue reading<span class=\"screen-reader-text\"> &#8220;IL-MUSEUM&#8221;<\/span><\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":799,"menu_order":0,"comment_status":"open","ping_status":"closed","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-5415","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/5415","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=5415"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/5415\/revisions"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/799"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=5415"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}