Basketball

Il-militari Ingliżi f’Malta kienu strumentali biex jitqajjem l-interess fost il-Maltin fil-logħob tal-baskitbol.  Insibu li fl-1959, numru ta’ Maltin kienu jiffurmaw parti mit-tim tar-Royal Engineers. F’Din l-istess sena dan it-tim rebaħ il-kampjonat tal-baskitbol. Fost il-Maltin f’dan it-tim insibu lir-Rabti Ċikku Fenech, li jidher bin-numru 3 fir-ritratt fuq il-lemin.

SPMC, SPIMCOBA, Rabat Catholic Action (RCA) Basketball Club, Rabat Depiro Pfaff Basketball Club u Rabat Depiro huma kollha ismijiet sinonimi mal-baskitbol fir-Rabat, Malta. L-ewwel żewġ timijiet kienu tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, filwaqt li l-ismijiet l-oħra, l-ewwel kellhom x’jaqsmu mal-Azzjoni Kattolika u mbagħad mad-Depiro Youth Centre.

L-ewwel kampjonat tal-baskitbol tal- Malta Basketball Association (MBA) kienorganizzat fl-1967, b’għaxar timijiet jilgħabu divizjoni waħda. L-ewwel tim tal-baskitbol li kien jirrapreżenta lir-Rabat fl-MBA kien jismu SPMC (Saint Paul’s Missionary College). Aktar tard it-tim sar jismu SPIMCOBA.

Fl-1972 tim ta’ Rabtin beda jikkompeti fid-diviżjoni ta’ taħt is-sittax (under 16). Fl-1974 Rabat Catholic Action (RCA) beda jippartecipa fit-tielet diviżjoni u mill-ewwel sena rebaħ il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni. Segwentament fl-istaġun (1975/1976) rebaħ ukoll it-tieni diviżjoni biex fi żmien sentejn sab ruħu jilgħab fl-għola diviżjoni tal-baskitbol f’Malta.  Kien fil-fatt fl-istaġun (1976/1977) lil RCA akkwistaw sponsor biex beda jissejjah Rabat Depiro Pfaff Basketball Club.

L-RCA jikkonsisti minn Brother J Bonnet ,Charles Galea,Ciappara, Edward Caruana,Horace Tanti, Joe Caruana, Karm Borg, Lawrence Zahra, Paul Mangani, Peter Paul Borg u Tony Vella.

Fl-2011, ir-Rabat Depiro Basketball Club huwa magħmul minn diversi kategoriji għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Żur is-sit tar-Rabat Depiro fl-indirizz De Piro BC . com

 

Ringrazzjament: Leonard Pearman, Charles Galea, Karm Borg, Paul Mangani

One Reply to “Basketball”

  1. Michel, Tajjeb li l-paragrafu li jibda: SPMC, SPIMCOBA ecc jinbidel xi ftit u jigri jaqra hekk:
    “SPMC, SPIMCOBA, Rabat Catholic Action (RCA) Basketball Club, Rabat Pfaff Basketball Club u Rabat Depiro huma kollha ismijiet sinonimi mal-baskitbol fir-Rabat, Malta kif ukoll mas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. L-ewwel zewg timijiet kienu tal-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl, filwaqt li l-ismijiet l-ohra, l-ewwel kellhom x’jaqsmu mal-Azzjoni Kattolika u mbaghad ghand id-Depiro Youth Centre.”

    Ma niftakarx li kien hemm xi tijm jismu: SPMC Rabat Basketball Team. Wara SPIMCOBA kien hemm Rabat Catholic Action (RCA) u l-bqija.

    Hajr Michel

    Fr Karm Borg

Leave a Reply