Definizzjoni: Raħeb; Patri
Interess: Fdalijiet ta’ Struttura Punika/Tempju Neolitiku u Villa Rumana
Dan huwa sit mtarraf lejn l-irdum tal-Baħrija. Għaldaqstant jidher li dan is-sit kien xi post ta’ qima jew inkella xi villaġġjatura.
Fost studji li saru fuq is-sit, jidher li hemm nuqqas ta’ qbiel dwar il-fdalijiet ta’ zewġ ħaġriet
(megaliths) li jinsabu fuq is-sit. David Trump ma jaqbilx li is-sit huwa wieħed neolitiku għax il-biċċiet ta’ fuħħar misjuba fil-viċinanzi tas-sit kellhom karatteristiċi Puniċi u Rumani. Is-sit, skont Trump, huwa wieħed Puniku. Mill-banda l-oħra Evans fl-1971 inkluda dawn il-ħaġriet bħala parti minn struttura li aktarx hija tempju ta’ żmien il-bronż.
Jingħad li xi pavimentar tal-villa rumana kien jikkonsisti f’madum maqtugħ forom ta’ djamant. Illum dan il-pavimentar ftit li xejn għadu viżibli, jew minħabba li nġabar waqt xi studji, jew ittiekel bl-elementi.
Ħafna ġebel minn din l-istruttura aktar tard inħatt u bieh inbniet Villa Rumana. Partijiet mill-pedamenti ta’ din il-Villa jinsabu mikxufin, filwaqt li oħrajn għadhom mirdumin taħt il-ħamrija. Dan isostnih Temi Zammit fl-istudju li għamel fuq is-sit, kif ukoll ikompli jibni fuqu il-Professur Bonanno.
Jispikka ukoll bir antik li jinsab fuq is-sit, bl-iskop li jiġbor ilma tax-xita għax-xorb.
Ringrazzjament: Karistu Abela, Christine Tanti (https://www.facebook.com/photo.php?fbid=199720053441448&set=oa.10150403082359645&type=1&theater)