- Dan is-sit jiddiskuti materja relatata mar-Rabat, Malta. Kull diskussjoni għandha tittieħed f’dan il-kuntest.
- Kull diskussjoni fuq dan is-sit, kif ukoll partijiet oħra relatati huma suġġetti għal proċess ta’ superviżjoni.
- Kummenti u kontenut mhux relatat mar-Rabat, Malta jġi mħassra mingħajr avviż.
- Kummenti u kontenut ieħor jistaw jiġu mħassra minghajr avviż minn qabel. Dawn jinkludu u mhux limitati għal kontenut relatat ma’:
- Vjolenza
- Politika partiġġjana
- Razzismu
- Ksur ta’ drittijiet tal-awtur
- Reklamar kummerċjali mhux imħallas
- Reklamar iehor mhux awtorizzat
- Ksur tal-liġi tar-Repubblika ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea
- Affarijiet oħra
- Informazzjoni repetuta u dupplikata tista tiġi mħassra minghajr avviż minn qabel.
- Min jippubblika kontenut li diġa ġie mħassar, repetut u idduplikat huwa suġġett għal qtugħ ta’ aċċess (Blocked).
- Il-kontenut kollu huwa suġġett għal dawn il-patti, kif ukoll għal termini ta’ servizzi oħra fosthom Google© u Facebook©.
- Meta persuna tikkummenta jew tipprovdi kontenet, l-istess persuna tkun qed tintrabat ma dawn il-patti u kundizzjonijiet.
- Kull persuna tinżamm responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa. Għaldaqstant utenti naturali biss jitħallew jissieħbu f’dan is-sit.
- Fejn għaqdiet jeħtieġu jiġu rapprezentati b’isem ġeneriku u komuni, dawn għandhom jidentifikaw ruħom mal-operatur billi jibgħatu l-isem tal-għaqda, referenza tal-grupp jew sit tagħha jekk jeżisiti, l-isem ta’ min imexxiha u l-isem ta’ min juża r-rapreżentanti tagħha tal-għaqda fuq dan is-sit lill-operaturi ta’ dan is-sit fi żmien 30 ġurnata minn meta l-għaqdha tissieħeb. Sussegwentement, kull kumment u kontenut minn din l-għaqda għandu jiġi miżjud l-isem tal-utent uman.
- Kull kontenut jista jerga jiġi użat mill-operaturi ta’ dan is-sit mingħajr ħlas u avviż, suġġett li s-sors tal-kuntenut jinżamm u jixxandar.
- L-operatur iżomm d-dritt li jaqta aċċess għal ċertu partijiet mis-sit.
- L-operatur ma jintrabat bla ebda garanzija li jħalli s-servizzi għaddejjin 24 siegħa kuljum u jżomm id-dritt li xi servizzi jistaw jiġu trasferiti jew imwaqqfa.
- Arranġamenti oħra għandhom jiġu diskussi mal-operatur.
- Reklamar minn ghaqdiet mhux kummercjali jista jsir biss sakemm l-istess ghaqda tkun registrata kif imsemmi f’dawn il-patti. Jigi apprezzat li b’att reciproku l-brand rabatmalta.com tigi allura meqjusa bhala sponsor ufficcjali.
Verżjoni – 2.3 Data – 17/11/2012