Derivatives of Is-Simblija: Is-Simblu, Is-Simlija
[cetsEmbedGmap src=http://maps.google.com/maps/ms?hl=en&ptab=2&ie=UTF8&oe=UTF8&msa=0&msid=211229878619426472766.0004add130bccdf22114c width=600 height=425 marginwidth=0 marginheight=0 frameborder=0 scrolling=no]
“Dan il-lokal jinsab fil-punent tar-Rabat, ħdejn Wied Ħażrun u wieħed jista’ jaħseb li dan għadu fi stat preservat tiegħu minħabba li qiegħed tassew maqtugħ mill-bqija tal-irħula tal-madwar. Il-valur arkeoloġiku tiegħu qiegħed fil-fatt li dan jippreserva l-apparenza u l-karatteristiċi ġenerali ta’ kif kienu jkunu l-ewwel irħula żgħar fil-medjuevu tardiv. Jissejjaħ “viridarium”, għax kien marbut mal-attivita agrikola fl-inħawi. Viridarium kien ikun territorju agrikolu ċkejken iżda li fih kont issib dak kollu li hu meħtieġ għal dawk li jaħdmuħ. Dawn il-komunitajiet kienu jinbnew b’taħlita ta’ għerien, ħitan tas-sejjiegħ u kultant kienu wkoll jinkludu bini b’ħitan miżmum bit-tajn. Il-viridarium tas-Simblija huwa l-uniku wieħed f’Malta ta’ dak iż-żmien li baqa’ jeżisti. Ma nafux meta beda, iżda l-art tal-madwar hija fertili u hemm l-ilma u għaldaqstant jista’ jkun li hu qadim ħafna.” – Kappelli Maltin
Ringrazzjament specjali lil Karist Abela.
Ritratti mill-Passat