Josephine Fenech
1 March at 21:46
Ser nerġa naqsam magħkom silta oħra mill-Memorji ta’ tfuliti dwar ir-Randan.
Mat-tokki ta’ nofs il-lejl tat-Tlieta l-aħħar ġurnata tal-karnival jibda ir-Randan u l-ewwel ġurnata nafuha bħala Ras ir-Randan. Ir-randan huwa perijodu taż-żmien fil-fatt erbgħin ġurnata ta’ preparazzjoni għall ġimgħa l-Kbira u l-Għid. F’dan iż-żmien l-insara ikkollhom iċ-ċans li jiflu sew kif qed jgħixu u kemm il-darba sgarraw xi ftit b’mod jew ieħor mit-tagħlim ta’ Kristu wieħed għandu jirranġa ħajtu u jipprepara ruħu għat tifkira tal-passjoni u l-qawmien mill mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Għalhekk f’dan iż-żmien wieħed għandu l-obbligu li f’ċerti ġranet isum u jiċċaħħad milli jiekol laħam u kif ukoll jagħmel xi sagriffiċċji. Ir-randan ta’ żmien tfuliti kien iebes aktar minn ta’ daż-żmien għax fih l-insara kellhom obbligu li jsumu kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ġimgħa tul ir-Randan kollu u kull nhar ta’ Ġimgħa me kontx tista tiekol laħam. Jekk kont tikser xi waħda minn dawn ir-regoli kont tagħmel dnub u trid tmur tqerr qabel tkun tista titqarben. Illum il-ġurnata s-sawm u l-astinenza huwa biss obbligatorju l-Erbgħa f’Ras ir-Randan kif ukoll fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira. Iż-żmienijiet jinbidlu u jkollok tinbiodel magħħom u hekk kellha tagħmel ukoll il-knisja. Ngħiduha kif inhi fl-opinjoni tiegħi għalkemm ngħidu li r-randan ta’ żmieni jiġifieri tal-ħamsinijiet kien xi ftit jew wisq iebes naħseb li kienet għal poplu ta’ dak iż-żmien ħaja ta’ rutina . Ma nistax nimmaġina poplu għadu ħiereġ minn gwerra ta’ erba snin fejn l-ikel kien tant skars, b’maġġoranza ta’ familji kollhabii tmieja, għaxar jew tnax il-ulied kif seta wieħed jiekol il-laħam fost il-Ġimgħa. Forsi xi darba il-Ħadd u żgur mhux kull nhar ta’ Ħadd. U s-sawm mhux ħaġa ta’ kuljum kienet. Min jaf kemm ommijiet u missirijiet raqdu b’żaqqhom vojta biex jikkuntentaw ruħħom u raw l-uliedhom jitrejqu ħażin ħażin qabel raqdu. Madankollu l-insara Maltin ta’ dak iż-żmien kienu skruplużi wisq fuq l-obbligi tagħħom fir-randan. Niftakar sew lill ommi ssum u ma tiekolx laħam nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa u lili u lill ħija dejjem għalmitna noqgħodu lura minn xi affarijiet li konna nħobbu bħall xi ħelu biex nagħmlu sagriffiċċju għax il-Bambin bata tant għalina ajp għax inbatu ftit aħna, hekk kienet tgħidilna. Dejjem riedet tgħallimna u tgħaddilna dak li kienet tgħallmet u emmnet. Matul dawn l-erbgħin ġurnata kienu wkoll isiru l-eserċizzi spiritwali bħall m’għadhom isiru f’dan iż-żmien. L-eserċizzi kienu jkunu ġimgħa ta’ priedki li kienu jsiru għal sezzjonijiet differenti., hekk kien hemm l-eserċizzi għan-nisa li kienu jkunu wara nofs in-nhar minn xi sagħtejn sat-tlieta u nofs. Filgħaxija minħabba li ħafna rġiel ikunu xogħol kienu jagħmlu l-eserċizzi għal irġiel u tat-tfal kienu jsiru l-iskola. Kważi kull knisja kienet tagħmel l-eserċizzi u jien niftakar sew l-ommi tmur il-priedki San Franġisk. Il-priedki ma kienux priedki li tieħu gost tisma għax is-saċerdoti ta’ dak iż-żmien kien l-hena tagħħom jikkundannaw u jwerwru lill minn kien jattendi bl-infern u bix-xitan lest bil-furkettun biex jixħtek fin-nar. X’ironija dan it-twerwir kollu meta l-maġġoranza ta’ minn kien jattendi kellhom ħajja mimlija sagriffiċċji. Fl-iskola kien ikkollna l-eserċizzi pero lilna it-tfal kienu jagħmlulna dawn il-priedki għal tlitt ijiem u wara jkollna il-qrar u l-Ġimgħa kien ikkollna quddiesa li fiha nitqarbnu u b’hekk nagħlqu il-ġimgha ta’ l-eserċizzi. Meta konna fil-primarja il-priedki kienu jsiru fil-knisja ta’ San Pawl filwaqt meta kont is-sekondarja il-priedki kienu jkunu fil knisja tal-Karmnu fl-Imdina. Intant il-priedki tagħna it-tfal ukoll ma kienux ikunu xi priedki li jżommuk għax donnu ħadd ma kien jaf jinżel għal-livell tagħna t-tfal. Iżda biex inkun għidt il-verita’ sagrosanta f’waħda minn dawn il-priedki fil-primarja saċerdot laqatni bi storja li bqajt niftakarha u ma nistax li ma nirrakkontahiex. Din l-istorja kienet fuq wieħed tifel li darba iġġieled ma missieru u qabdu min xagħru u kaxkru ma l-art. Meta it-tifel wasal f’ċertu post il-missier qal lill ibnu ‘Ibni ieqaf hawn għax jien lill missieri s’hawn kaxkartu’ Dan ried iffisrilna li fid-dinja kif nagħmlu lill ħaddieħor jista jiġri lilna jew kif ngħidu bl-ingliż (What goes around comes around) imma din l-istorja niftakar li impresjonatni sew. Illum il-priedki saru jsiru b’mod differenti u għalkemm mhux kullħadd għandu d-don li jaf jippriedka iżda b’mod jew ieħor kollha jippruvaw jwasslu il-messaġġ li l-Mulej m’huwiex dak l-Imħallef Kattiv li kienu jpinġulna fl-antik iżda huwa il-Mulej kollu mħabba u ħniena għalina il-bnedmin.