‘ir-Rabat
Kburi jien bik, Rabat twelidi,
Post mimli storja, ifawwar bil-ġmiel,
Imdawwar b’kampanja, li sserraħ l-imħuħ,
B’veduti li jsaħħru, l-għajnejn li jifluħ.
B’art, katakombi u għerien imqaddsa mogħnija,
Ta’ Pawlu Missierna, t’Agata l-Verġni, ta’ Sidtna Marija,
Fuq ras tliet xhihat, kuruna dehbija,
Turija ta’ ġieħ u ta’ qima għall-grazzji mogħtija.
L-eqdem sptar, u kunventi, u baned bdew fik,
Ma’ dawn Domus Rumana biex tkompli togħxa bik;
U bl-għoti t’ilwien ta’ Miġra l-Ferħa l-ġrajja,
L-abjad u l-aħmar ‘l artna taw tagħrif u ħajja.
Mhux ta’ b’xejn l-għira ta’ dawk li jżuruk,
Int Ġawhra f’din Malta, għal dejjem ngħożżuk
Salvino P. Farrugia
(fl-għoti ta’ Ġieħ ir-Rabat, 2008)