Gilbert Simiana

Gilbert Simiana

Gilbert Simiana [01/05/1982] – [27/02/1998]

Gilbert twieled fl-1 ta’ Mejju tal-1982. Kellu tfulija normali u fil-fatt kien ferrieħi u fuq tiegħu. Iżda minn eta’ żgħira dejjem kien ta’ eżempju għal ta’ madwaru. Malli għalaq gaħxar snin, Gilbert bdiet tuġugħ rasu. U irriżulta li kellu kanċer f’moħħu. Fil-ħames snin li dam ibgħati b’din il-marda, Gilbert qatt ma gerger, u qatt ma qal, għaliex jien u mhux ħaddieħor. Anzi kien jgħid ‘Alla lili ppreferieni’ li tani l-marda għax kien il-privileġġjat li jgħix ħajja ta’ tbatija bħalma għex Ġesu’. Fl-1998, Gilbert miet, ta’ ħmistax-il sena. Iżda l-ħajja tiegħu ma tispiċċax hemm, għax baqa’ ħaj fl-ispirtu. Wara mewtu Gilbert qala ħafna grazzji lil ħafna nies li talbuh. Għalhekk Gilbert huwa meqjus bħala tifel qaddis, u n-Nunzju tal-Vatikan għal Malta kien qal li ‘Gilbert huwa San Domenico Savio ta’ Malta’.

 

Ikkontribwixxi informazzjoni ghall-Bijografiji hawn.

Segwi d-Diskussjoni fuq Facebook

Sorsi:

https://www.facebook.com/simianagilbert

Leave a Reply