Carmel Busuttil – Sportiv [29/02/1964] – [Preżentament]
Carmel jibqa magħruf ma kulħadd għas-suċċessi kbar li kellu fil-qasam tal-futbol, mar-Rabat, mat-tim Nazzjonali Malti u ma timijiet oħra Maltin u barranin. Dan kollu dovut għall-ispirtu kumbattiv li kellu Carmel kien iwasslu li jagħti mija fil-mija biex jirbaħ b’kull mezz. Madankollu, Carmel jibqa mfakkar għall-personalità umli u li baqa’ saqajh mal-art. Chistopher Farrugia jgħidilna “Minn fost L-AQWA footballers Maltin ta’ kull żmien. Ta’ ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta’ warajh.”
Michel Bugeja jiftakar lil Kelinu Vella (Tal-Mużew), li jiġi ħu omm Carmel, mindejjem jiftakru jfaħħar it-talenti tiegħu, speċjalment meta Rabat Ajax kienu qed jieħdu suċċess wara l-ieħor meta Carmel kien jilgħab maghħom.
Aktar stejjer dalwaqt.
Ħajr: Christopher Farrugia, Michel Bugeja, Louis Azzopardi, Rita Paul
Segwi d-diskussjoni fuq dan il-personaġġ fuq Facebook
Ikkontribwixxi informazzjoni ghall-Bijografiji hawn.