Frans Galea

San Frangisk – Frans Galea

Frans Galea – Skultur – [22/05/1945] [14/02/1994]

Profil ghadu qed jinbena.

Ikkontribwixxi informazzjoni ghall-Bijografiji hawn.

 

Thomas Calleja isemmilna ftit mix-Xogħlijiet ta’ Frans Galea, fejn isibu:
Omm is-Sejħa Franġiskana kompliet iżżid ma’ l-opri ta’ dan l-iskultur Rabti. Fost ix-xogħlijiet bikrin tiegħu fis-sebgħinijiet insibu, “il-Ħaddiem fuq il-lant tax-xogħol”, “It-Trio”; “ic-ciklisti”; “in-Nisa taħt l-umbrella”; “Mara bl-għonnella” u “Guitar Player”. F’dawn ix-xogħlijiet ta’ stil personalizzat u innovattiv, Frans wera l-kapaċità tiegħu li janalizza l-figura umana b’mod personali u b’livell artistikament għoli.

Fit-tmeninijiet Frans ħadem l-istatwa ta’ San Franġisk quddiem il-kappella tal-Wied tal-Pwales (1981); statwa tal-Madonna fis-Seminarju tal-Virtù (1983); monument pubbliku fil-Gżira (1984); Kurċifiss fl-injam (1985), statwa ta’ San Mikiel għall-knisja parrokkjali tal-Kalkara (1988) u l-aħħar xogħol tiegħu il-pedestall ta’ San Bastjan għal Ħal Qormi (1994).

Carmel F Borg izid “Nixtieq inzid artal li kien hadem ghall-Parrocca ta’ San Pawl u issa qieghed fil-Knisja ta’ Sta Katerina tad-Dahla, l/o Rabat. Frans kien ragel kapaci u umli.”  Carmel ukoll izid li Frans kien hadem xi pannelli ta’ bieb ta’ Knisja f’Belluno, xi haga li tikkonferma oht Frans, Mary.  Dina zzid li dan ix-xoghol rebhu bhala parti minn kompetizzjoni ghal attivita’ li tikkommemora xi Papiet.

 

Segwi d-diskussjoni fuq Facebook

 

Sorsi:

http://www.sanfrangisk.com/15Kultura%20u%20Art/kul27-Galea.htm

Thomas Calleja, Carmel F Borg, Mary Buttigieg

Leave a Reply