Gużè Galea

Ġużeppe Galea – Skultur – [01/07/1911] – [24/10/1993]

L-iskultur Ġużeppe Galea, magħruf bħala Ġużè, għal bosta snin għex ġo Triq Borġ Olivier Street (Boscetto Road).

Ġużè huwa magħruf għal diversi biċċiet ta’ arti sagri madwar Malta. Ma jonqosx illi ħafna minn dawn ix-xogħolijiet jinsabu propjament ġewwa r-Rabat, Malta.

Ġużè skolpa l-istatwa tal-Madonna li tinsab fl-għar taħt il-knisja ta’ San Duminku. Bust tal-iskultur fil-fatt ukoll ġie inawgurat fit-30 ta’ Ġunju 2006 ħdejn San Duminku, viċin il-kunvent minħabba r-rabta kbira li kellu ma’ San Duminku. Skont Aris Cefai, “Fis-Sagristija tad-Dumnikani tar-Rabat insibu il-busti tal-Qaddisin Dumnikani kollha tiegħu. Fil-Kappella tal-Kazin San Pawl insibu statwa ta’ l-Appostlu Missierna skolpita minnu fl-injam. Fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl insibu xogħol tal-pasta kif ukoll d-disinn tal-brazzi tal-fidda li saru fl-1989 fost tant xogħol ieħor.”

Christopher Farrugia: Gużè Galea, Skultur

Skont Peter Paul Ciantar, Ġużè Galea kien ukoll strumentali biex ix-xogħlijiet tal-iskultur Antonio Sciortino jiġu Malta minn Ruma.

Ġużè fost l-oħrajn, għadda s-sena tiegħu lil skultur ieħor Rabti, Anton Agius, li għamel 9 snin apprentist miegħu.

Ikkontribwixxi informazzjoni ghall-Bijografiji hawn.

Segwi d-diskussjoni dwar ir-rabtiet ta’ Gużè mar-Rabat.

Leave a Reply